ĠESU’ ĦDEJN L-ISTAZZJON TAL-PETROL

Apparizzjoni fil-korsa takruċjata kontra d-divorzju fi gżira teosofika

 

Ma nafx nispjega kif. Intuwizzjoni poetika. Imma kont ċert li kien hu.

Fejn l-istazzjon tal-petrol, taħt kartellun kbir b’wiċċ tifel imbażżajgħatti wiċċu, kien hemm ĠesuKristu.  Ma kien jixbaħ xejn lis-santi romantiċizzati li nħarġu waqt il-kruċjata tal-militanti spirati mill-qodos.

Imma kellu wiċċ semitiku:  skur, issingjat bil-qdumija u l-marki ta’ xi flaġell antik għadu jidher fuq xbinu w taħt  għajnejh.  Xagħru tqil iswed jasal sal-kozz t’għonqu,  b’nokkli rqaq deħlin  f‘xulxin u mgħakkrin.

-          Ma qrajna xejn dwarek, dan min fejn inqlajt, Ġesu Kristu?  Din xi emerġenza, xi strateġija tafidwa?  Ġejt tipplakalna  l-kuxjenza nazzjonali?  Ħalli nkun dirett: int kontra d-divorzju,  Ġesu  Kristu?  azzardajt nistaqsi.

Ma weġibnix imma bis-sandli beda jħarbex xi ħaġa fit-trab taMejju, hemm biswit l-istazzjon.

Ma stajtx nagħraf il-kitba. U ma kontx naf kinetx bl-Aramajk, bil-lingwa taSidrak u Mesak jew b’xi Malti ossolit li ntesa.

Fil-pront jinstemgħu il-ġwienaħ taqtajjatjur, bejn wiċċhom t’arkanġli makakki, bejn irtukkati bħall-artisti tal-kabare,  bejn donnhom lebsin maskri tal-ossiġnu, bejn donnhom b’wiċċ nisa mingħajr sess  viżibbli,  li sabu vokazzjoni tardiva favur  il-kastita’ u bejn donnhom  eżaltati,  takontra d-dnub.   Daru fuq ras Ġesu’, forsi tliet metri ‘l fuq,  u kantaw xi ħaġa bil-ħanqa taż-żrinġijiet fil-kummiedji tal-amfiteatru,  li deher li qed jifhem u ma jifhimx, u li nbelgħet mill-ħsejjes tat-traffiku.  Itiru magħhom kien hemm ostji bħal dawk li dan l-aħħar bdew jitfaċċaw mix-xejn fuq l-Għolja tal-Maġija, lejn is-sud tal-gżira, u fl-ajru bdew jiktbu sinjali b’kalligrafija mħawda. Bdew jiktbu bix-xewk, bħal dak li dan l-aħħar ukoll, beda jitfaċċa ħiereġ mis-saqaf tal-ħalq tal-bużullotist  mirakoluż tafuq l-Għolja.  Imbagħad dawk il-ħlejjaq taru ‘l fuq u sparixxew, iħallu warajhom żajbriet u rix imnittef, jitbandal fl-umdita’.

-          Dawk min kienu, ĠesuKristu? Erġajt jien.  Dawk mill-armata tiegħek, jewilla?

L-istess, tweġiba xejn.  Did-darba lanqas kitba fit-trab. Imma deher skomdu dak l-għarib, donnu qed jipprova jirrikonċilja ruħu mas-sinjali taż-żmien.  Jew jaħseb f’xi spegazzjoni għad-dehra tiegħu hemm, fit-triq traffikuża, mal-ġenb tal-pompa tal-petrol u taħt il-kartellun kontra t-tiċrit matrimonjali kattoliku.     

Ma nafx x’kont qed nistenna hemm, inħares lejn dak ir-raġel vag, liebes qmis bajda mdennsa, kafija m’għonqu, jeans imraqqa’, qorq mingħajr għarqub u l-ħarsa samra taprofeta insensat u barra minn żmienu.

Ma nafx kienx jaf bid-dettalji kollha tal-pestilenza morali li ħatfet lill-poplu. Jew kienx jaf kemm kienet qed ixxerred dmugħ ommu, l-Verġni Marija. Ma nafx kienx konxju minn xi gidma talupu-nagħġa li satakien hemm lesta għalih jew satax ikun attakkat minn qatgħa briganti malli jidħol il-lejl.

Ma nafx kienx se jiftaħ il-qmis u jurini qalbu mdawra bix-xewk u tħaġġeġ, kif ipinġuh fis-santi. 

-          Int mix-Xammaj?  Mal-Esseni?  staqsejtu.  Stednuk fuq it-televiżjoni jaqaw?  U mnejn wasalt, ĠesuKristu?  Ħallaslek  il-Vatikan jew ħallsitlek l-Arċidjoċesi?  Jew il-Gvern demokristjan?  U għadek tagħmel seħer?  Min huma l-alleati tiegħek?  Kif se tivvota?  Taf xi problemi morali nħolqu f’dal-pajjiż tad-domni, niċeċ, slaleb, kampnari, murtali u politiċi fi kriżi?

Imbagħad qisni bdejt inxommlu riħa tanbid u ħobż qares.  U demm niexef.  U rieħa tatalb bigott li weħel miegħu mill-antik, bla ma kien jaf kif, bla ma ried.  Rieħa tasinagoga, rieħa tasaċerdoti u papiet korrotti, rieħa tapedofili reliġjużi u rieħa tapreċetti kattoliċi, li xi ħadd dendillu m’għonqu meta niżżluh mill-forka.  U issa reġarxoxta, b’laħmu w xaħmu, biswit l-istazzjon tal-petrol u taħt il-kartellun li mmuntaw dawk tal-kruċjata.

B’dak l-ilbies żdingat lanqas l-Inkwiżitur il-Kbir taGaulos ma kien se jagħrfu mill-ewwel, imma l-kelma kienet se tiġri żgur.  U l-Qassis il-Kbir taGaulos kien se jwissih, bla dubju, biex ma jindaħalx fil-kwistjonijiet reliġjo-nazzjonali.  Iwissih biex ma jindaħalx fil-biċċa, għax il-Kodiċi Kurjali ndrat bl-ammnet mill-fidili. 

Kont se navża lil dak l-istramb, dak l-immigrant klandestin biex idabbar rasu.  Imma ridt naf aktar.

-          Smajt xi ħaġa bit-teosofija pnewmatika li teżisti f’dil-gżira ta’ San Pawl, ĠesuKristu?  Naturalment, naħseb li smajt għax int taf b’kollox.  Jew se tagħmel tabirruħek li ma smajtx?  Hawn kulħadd jippompja lil Alla, mill-Arċisqof sas-sorijiet tal-klawsura, mill-ministri sal-predikaturi fil-midja.  Aħna speċjalisti t’Alla. Nafuh u nifhmuh aktar milli jaf u jifhem lilu nnifsu. Teosofi singulari aħna.  U għandna relazzjoni intima anki mal-Iben Etern.  Anki bil-ġenitali t’Ommu jħallina nidgħu.

ĠesuKristu baqa’ ma jgħid xejn.  U bilkemm iħares lejja.  Kellu għajnejh jagħtu fil-bogħod, donnu qed jistenna l-qtajja’ tat-tjur anġeliċi terġalura bil-kant żrinġi.  Jew jistenna li jasal il-gang tas-suldati biex jerġgħu jsallbuh u jgħolluh għall-adorazzjoni tal-folla.  Għal min jaf kemm-il darba.

Baqahemm: bħal skultura tax-xemgħa ddub bis-sħana tal-eksost tal-karozzi.

Bħal eżiljat minnu nnifsu.

Divorzjat skomdu, maqtugħ min-narrattiva vera tiegħu.

-          Se ngħaddi ‘l hinn, ĠesuKristu.  Il-lejla nara jirrappurtawx xi ħaġa dwarek fuq l-aħbarijiet.

Mario Azzopardi

Mejju 2011