GWIDA  F’SARAJEVO

 

Wara l-atrocitajiet Serbi  fil-Bosnia u l-Kosovo

 

 

Zihad Begosavic jiggwida lit-turisti

li jaslu bl-agenda makabra

mal-millennju l-gdid

fl-enklavi tad-delitti

minn Sarajevo sa  Srebrenica

u l-Kosovo.

 

Idawwarhom is-suq fejn splodew ‘l-erwieh,

l-istadju fejn ittaqqbu l-irjus u taru l-imsaren.

Inizzilhom fil-widien li nixfu,

jiggwidahom mal-pontijiet

li gantu x-xmara tad-demm u d-dmugh,

jurihom fejn ghadu jinstema’ l-kor ta’ l-uhux

il-kor tas-sebat elef massakrati.

 

Zihad Begosavic jghid lit-turisti  

kif indarbu niesu, kif inqatlu:

 

     Hawn dendlu lill-irgiel mis-sigar,

     carrtulhom grizmejhom.

     U hawn fetqu lin-nisa w it-tfal

     qabel qatghulhom widnejhom barra.

     Listi tal-mejtin m’ghandniex, jghidilhom.

     Ghandna biss il-listi

     tafatati rappurtati nieqsa

     u gilji mejta quddiem ir-ritratti.

     Forom bla forma kulma fadal,

     ma’ l-imbatt joxxillaw fl-ilma.

     U hemm ringieli li niftakru fil-moskea,

     jistennew ‘l-espert forensiku.

  

Waqafna nghoddu,

jistqarr mat-turisti Zihad Begosavic.

Hemm min irid jiftrakar

u hemm min irid jinsa.

Snin twal tilfu niesi f’lejl orribbli

w issa jridu jghixu b’velocita’.

Iridu jinsew in-narrattiva l-kbira

u anki d-dettall:

 

     munzelli tazraben bla rigel,

     xduq bejtiet ghad-dbieben,

     xalla mal-manku ta’ l-ispiera

     pala ta’ l-id hierga minn xkora

     u r-rih

     jaghwar f’ras skeletru.    

 

 

 

Mario Azzopardi