Tifel-Suldat bix-xewk jikber f’ghajnejh
Fid-dezert Hafed Besar
tghallem jispara.
Ghasafar x’joqtol ma kienx fadal.
Lanqas ghedewwa.
U l-mira fuq il-gebel
ma hargitx id-demm li xtaq.
Il-lum,
b’sieq wahda w ghajn imtaqqba,
Hafed Bessar,
tifel tad-dagha mutrab u d-dbieben,
joqmos fuq ghud mikul
biex jimxi.
Baqaghlu l-arma
li hataf
dakinhar li safa wahdu,
jisma’ l-ilhna jmutu fl-intestini.
ESTRATTI MILL-KTIEB TAS-SIGHAT
i.
Il-kliem ingazzat wisq biex jista’
jlissnu.
U r-rih mitluf, ihabbat
fuq il-bieb,
hekk kif
tazza ohra nbid iferra’ wahdu,
jipprova johloq
storja
mis-sighat ta’
l-agunija.
Fuq il-mejda
tazz’ ohra battala.
U l-hgieg stampat bil-lipstikk, ftit vulgari.
Bilqieghda f’nofs il-gagga
tal-memorji,
jittanta biex
jiftakar ix-xofftejn.
ii.
Hemm
l-imhabba li tigi
w
l-imhabba li tmur.
Hemm
l-imhabba ‘strapolota
mill-ghajta tal-passjoni
w
l-imhabba li tindarab
fl-istagun tax-xewk
l-abjad,
tipprova tivvinta
n-notturn tat-tisfija.
iii.
Hemm il-presentiment.
Hemm
il-mument
li jasal
mill-indici tal-possibilta’,
fejn is-sebh
jinbidel f’lejl,
f’salt wiehed,
mimli dellijiet
incerti.
U dik tkun poezija.
iv.
Hamiema mitlufa,
qalet li saret.
M’ghandhiex sahha ttir aktar.
Halluha torqod:
Forsi
xi hadd jinzel mis-sema,
b’par gwienah
godda
w jghidilha:
Hawn, erga’
pprova.
v.
Qed jghaddi ljieli
cirkulari.
Irid
idewwweb in-nostalgija,
jisturdieha bl-incens
tal-lavanda,
izellgilha l-istrofi
w joftqilha ghadamha
mal-hoss dens tas-sighat.
Izda l-ombra tibqa’ titwal
fuq
il-prezent.