HEMM SKRIBA
Hemm skriba
li aktar
ma jivvinta skoss dettalji,
aktar jisfoka
l-qofol ta’ l-istorja.
Aktar ma jimla l-faccati tad-djarju,
aktar jizvojtalu
c-cirku tar-realta’.
Il-folji
jitgerbu fuq xulxin
u d-dati
wkoll:
dizorganizzati,
irrazzjonali.
L-eroj tieghu isir assurd,
b’halqu ta’
huta tghum fl-akkwarju,
jifthu biss
u ma jghid xejn.
U jinbidel
f’ragel b’sidru jiddendel bhal ta’ mara
xiha
bi snien imhassra
u l-genitali jaqghu fil-qalziet.
Hemm skriba
li kull
sentenza tieghu
terhi demm
antik
u tmieri
l-logika,
ittellef il-koncentrazzjoni
toqtol il-passjoni
u titqartas
f’sens inutli
ta’ bla
konvergenzi,
tanticipa t-tisbita
fl-irpirall ghammieq
tal-gravita’.
Mario Azzopardi