HEMM DIL-MARA

 

Hemm dil-mara tikkuntempla l-misteru tal-gerha tieghu.

Imsiehba privileggata dil-mara tad-dulur u l-genn divin.

Komplici fl-analogiji w kull nifs taghha tnehida tinbala’

Mill-kisra t’ghajnejh.

Jevapora d-dmugh taghha u sbieh-il jum jidhol fil-kanali niexfa li thaffrru

Mill-gnub t’ghajnejha sat-truf ta’ halqha mehjut.

Bhal zokk mahruq ta’ sigra dil-mara

Quddiem relikwarju

Jesponi t-tempri kollha tieghu:

-          Mill-gentilezza sar-rabja hamra nar

-          Mis-suppervja qalila sal-biki mrazzan

-          Min-nifsijiet tieghu jerhi fuqha

sal-kefen li jitkebbeb fih meta jbarriha u jghidilha titlaq.

 

Hemm dil-mara li jghidu li habbet ghalxejn imma hadd ma jaf daqsha.

Jghidu li qalbha kessieha bi frott ilu jnawwar imma hadd ma jaf daqsha.

Jghidu li thossha mielha daqs statwa fuq qabar imma daqsha hadd ma jaf.

Jghidu li ghandha djalogu twil maghha nfisha interrott biss bl-ismazmi tieghu

bla ritmi jew rima.

Imma daqs dil-mara hadd ma jaf.

  

 

Mario Azzopardi