-------------------------------------------------
Din hi l-parabbola qasira ta' ragel
li kien jilbes
parrokka u l-gild ma' hziemu
u jissawwat sa ma jaqsam il-gilda kull meta jitfacca l-ewwel felli tal-qamar.
Jissawwat ghall-fallimenti tieghu
u gismu jsirlu mappa skarlata ta' wgigh.
U qatt
ma nbidel xejn.
Jissawwat kemm jissawwat qatt ma nbidel xejn.
Sakemm darba wahda bdiet il-metamorfosi tar-ragel.
Hwejjeg strambi bdew jigrulu:
- kibrulu
sebat iswaba
- il-kaxxa
ta' sidru saret trassparenti
-
-
-
- gismu
nkesa bil-gir ta' min stejqer mill-qabar.
Incizjonijiet jikwu tfaccaw fuq mohhu.
U twegibiet
ma kien baqaghlu xejn.
La kliem u lanqas sillabi ma kien baqaghlu.
Imma
l-akbar sorpriza kienet li l-metamorfosi
halliet kollox intatt .
L-essenzjal
baqa' l-istess.
Kien baqa' hu.
L-istess
hu.
|
|