IDENTITY KIT
Mario Azzopardi
Kirstin de Micoli DBA.
Tnejn u tletin sena.
Libra.
Sesswalita’ ambigwa.
Studjat l-erot’ka tal-Lvant.
Esperta fil-massaggi tal-G Spot
u l-perineum fl-irgiel.
Darbtejn fil-gimgha part-timer
bhala
dominatrix fil-Vinyl Queen
fin-nord tal-gzira.
Ghandha negozju zghir
timporta l-Viagra Generic
u Cialis Soft Tabs 20mg
online.
Awturi favoriti tlieta:
Carol Ann Duffy
Michel Houellebecq
U l-Markiz de Sade.
Kirstin de Micoli
temmen fil-komplicita’ taghha
f’apoteosi falza
u tara l-hajja bhala telenovela
bi profuzjoni ta’ zbalji teknici
w animata
b’kordi profondi ta’ l-armonika.
Qattghet kull ritratt sepja
li kellha ta’ tfulitha
u ma tridx tfal.
Kirstin de Micoli DBA
terfa’ kull sena li tghaddi
f’qasrija tal-plastik fit-terrazzin
fl-appartament abjad taghha:
thalli kull sena tigma’ t-trab u r-rih
u tnibbet dmugh maghqud
riha ta’ zbub
gharaq bejn il-bizlejn
tizlig anali
u
l-black latex f’hajjitha.