IL-BAHAR IXXOTTA KOLLU
Darba
kien hemm il-hnejjiet taz-zmien
b’sinjali homor jimmarkaw l-ghetiebi
jfarfru
l-ghabra.
Fir-ramel il-qxur tal-bebbux
u mir-ramel jisponta l-ghadam.
Xenarju vojt
hlief ghal dal-gzejjer zghar
tal-purita’
fejn il-verita’
m’ghadhiex kontaminata
Fejn kollox neza’ w nixef.
Hares:
il-bahar irtira u xxotta kollu
u baqa’ biss t-triqat taz-zmien
qalb ir-ramel
immarkati bl-ghadam
u l-qxur tal-bebbux.
Mario Azzopardi