IL-KLIEM KOLLU MERHI

 

 

 

Kollu merhi l-kliem. 

Bhax-xewqat kotrana li jitghassdu,

bhal weraq imwaqqataht xita bil-qliel.

 

L-intensita’ ma jfissirhiex il-kliem.

Lanqas ma jfisser il-fawra f’genbejk 

ghal mara mlebilba fil-friex

fin-nofs-dlam tawaranofsinhar

wara li tkun gejt minn funeral

u nizzilt tlieta vodka.

 

Bla sahha l-kliem.

M’ghandux il-hila jaqbad aktar

l-essenza

takull m’hu necessarju

takull m’humportanti.

 

          Il-kliem joghtor

          bhall-passi tabuffu mcewlah joghtor il-kliem

          u jsir rutina

          tazeffien ghajjien repetittiv

          jew

          il-pinzellati dekadenti

          tapittur bipolari

          li kwadru qatt ma biegh.

  

Jidhol fl-eta’ tat-telfa l-kliem,

fl-ospizju tal-poeti moribondi

lebsin l-abjad imdennes

tad-deluzjoni

fejn

ma jistajkun ippruvat xejn.

 

 

 

 

Mario Azzopardi