IL-MOGHZA TA’ TRIQ REGJONALI

 

Fil-gzira tal-bahar tan-nofs

ghadhom johorgu tlettax-il moghza

fi Triq Regjonali.

Johorgu jirghu il-moghoz ghad-dhahen

u d-dlik tax-xlokk u l-hsejjes tat-trakkijiet

jahartu t-tarmak jahraq.

Tlettax-il moghza mdennsa

jieklu l-karti u l-plastik u t-trab.

 

Imbaghad hemm il-moghza taquddiem.

Dejjem l-istess wahda li nara mill-karozza

meta s-serbut imajna ghat-telgha:

         moghza mghakkra din,

         b’harsa qadima, thallat

         it-tbatija ma’ l-apprensjoni,

         l-apatija mal-banalita

         mar-rassenjazzjoni         

         u t-tifkiriet mas-sabar u t-tisfija,

         il-moghza tittawwal

         minn wara l-hadid  kontra l-kraxxijiet

         fi Triq Regjonali.

 

Ossessiva l-harsa tal-moghza,

malinkonika, distanti w attwali

     donnha l-harsa t’ommi quddiem il-korriment u mbaghad

     il-mewt tabintha bil-fetha donnha l-harsa tanannti l-harsa tal-moghza

     nannti Lena bint il-pittur tal-karozzini u mart Giovann l-eziljat fl-Italja faxxista.

     Ommi, nannti, buznannti l-moghza  

     Rozarja tinheba mill-bahrin tal-Kuruna jew l-ufficjal Franciz li ried jinfidha.

     il-harsa taSulpitia l-korteggjana f’ghajnejn il-moghza taTriq Regjonali

     thawwad mistura li tqanqal l-imhabba tal-hlewwiet kbar u l-kefrija

     li twieghed biss u taghti l-imrar

     Vjoletta l-moghza Annuzza l-haddara jew Fatuma

        tinheba mill-izbirri tal-Hakem

     jew Maddalena taqfel il-lazzijiet biex tghatti sidirha niedi wara li hadha

     Don Jose’ d’Alfonso fil-villa ta’ l-Isqof u eqdem il-harsa tal-moghza

     fonda daqs l-ispirall tazmien Marozza w l-irhieb

     u isfeq il-harsa tal-moghza u ixjeh daqs ghajnejn Axtart l-imradda l-qadima

     l-harsa tal-moghza  sal-bidwija bint Sadik tal-Kabiri

     sal-hagar tal-mungbell taz-ziganti

     fejn ghamret l-Omm il-Hoxna.

 

Ta’ dawk in-nisa kollha

werrieta l-moghza taTriq Regjonali,

tiekol it-trab u l-boroz tal-plastik u t-tamiet taghna,

ahna l-erwieh mitlufin fit-traffiku veloci,

li bqajna nemmnu xi ftit fil-vizjoni,

xi ftit fil-mara tal-hniena.