IR-RAGEL TAL-MELH

 

 

Mal-pjanti xotti tax-xaghri

u d-dellijiet,

tipplaka l-alkemija tal-kubrit

u r-Ragel itieghem il-melh

tal-qrusa w l-gherf  li jdarras.

 

Jiddakkar ir-Ragel,

hu li dari ddandan,

qawwi w solari,

jiddakkar mill-qamar.

 

La hemm ix-xemx, hemm id-dell.

 

U d-dell ma tistax tichdu:

ma timbuttahx lura d-dell,

ma titwihx fic-celluli tal-mohh.

Jibqahemm id-dell, jippersisti.

U jmieri l-finta tas-Supermann.

 

Fis-sighat solitarji,

meta x-xemx  tixxuga l-vitalita

w timmansa l-energija,

jimxi bil-melh f’ghajnejh

ir-Ragel mahlub

b’ghajnejh ghoddhom se jdemmghu,

fil-mument tal-hniena. 

 

Konstallata ruhu fiz-zona lunari,

tohloq il-miti u l-burdati tad-dell,

hekk kif

ir-Ragel tal-melh u t-telfa, 

ipartat lilu nnifsu

mat-tnehid niedi

tal-Vergni tat-tempju.

 

 

Mario Azzopardi