IR-RITRATT
Kien dam biex imut.
Kien ilu li bjad ghal-lest
u kellu ghajn wahda
mat-tieqa ta’ l-isptar,
kannella fil-vjola,
lesta biex ittir.
Dakinhar li ceda ruhu,
fl-appartmanet tan-nisgiet kollha,
tal-passjoni u l-bruda,
martu xeghlet lampa zghira
bil-batterija
fuq il-komodina,
quddiem ir-ritratt tieghu
fiz-zmien li habbha.
F’nofs l-irqad zlugat taghha
kien hemm l-ispirtu tieghu,
jghassilha mal-filament tad-dawl,
jaraha ma tistax torqod aktar
u jitbissem,
minghajr halq.
Mario Azzopardi