IS-SAGA (KOMUNI) TA’ SAMUEL M. PARDI
Ma satax jifhem aktar Samuel M. Pardi.
Ma satax jifhem kif sfaw eradikati l-bliet u tqaxxru mill-illuzjoni
u mill-avventuri tal-imhabba u kif issa, meta jhares fil-mera, jara folla wcuh
mejtin daqs fossili skolpiti biz-zmien,
iharsu lura lejh: uhud jixbhuh izda hafn’ohrajn le.
Ma jista’ jifhem xejn:
la min kien, la min sar u lanqas mnejn gej il-vojt imbezza’ li jimla l-bokka
tal-istonku tieghu.
Samuel M. Pardi maqbud fl-ispazmi tal-hela: forsi beda jaghraf
kif tinnegozja mal-mewt b’xi frazijiet ‘l hawn u ‘l hinn li jfissru u ma jfissrux.
Forsi
qed jaghraf kif jinnegozja bi stil,
issa li tghallem jikkancella l-holm urgenti
u x-xbihat tal-poter seducenti
li jiftakar u ma jiftakarx.
Qed jghix sighat misselfa. Forsi jiem jew gimghat:
issa
li m’ghadux jistordi bil-fwieha tal-orgasmi kollha li assista ghalihom,
meta kull darba kien jivvinta mill-gdid lilu nnifsu Samuel M. Pardi.
Poeta.
Fil-mera hemm id-distanza tieghu minnu nnifsu.
Fit-tarf tad-dinja.
Fit-tarf nett tal-ezilju.
Fl-ahhar ritmi tal-poezija falza.
Ifittex fil-but u johrog karta mkemmxa Samuel M. Pardi.
Karta battala.
Mank l-icken sinjal.
Mario Azzopardi