IS-SEJĦA
X’wassalni s’hawn ma nafx.
Saqajja mhux saqajja.
Għajnejja mhumiex għajnejja.
Lanqas nifsi mhu tiegħi.
Fil-passaġġi niedja ta’ bejn l-oqbra mxejt.
Nitħaxken miegħi innifsi
b’dawl bati biss ħiereġ mix-xquq ta’ qalbi
jurini l-ismijiet u d-dati taħthom
imħaffrin fl-irħam skur tal-lap’di.
U ismi qiegħed hemm ukoll.
Kif azzardajt nitkixxef.
Leħni mirdum mal-għadam u l-insetti
isejjaħ lili.
Mario Azzopardi
L-Għid
tal-Mejtin, 2011