L-ITTRA DWAR IT-2 T’AWWISSU 2011

------------------------------------------------------------------------

Mhux haga tal-ghageb jekk, tul il-process twil taz-zmien, hekk kif ix-xorti tiehu l-moghdija taghha ‘l hawn u ‘ hinn,

 isehh ghadd kotran u spontanju ta’ koincidenzi.

-          Plutark  

 

 

Ghaziza Fabrizia

Sar hafna hin, imma tani li niktiblek.  Ridt niktiblek dwar il-bierah, it-2 t’Awwissu, data ohra mmarkata ghall-ispettakli taghna fir-residenzi tal-anzjani.  Il-bierah kien imissna nzuru d-Domus Sacra Familia ta’ Casal Cospicua.  Minn filghodu nett kelli ghafsa stramba f’sidri, toqla vaga fl-istonku, piz minghajr definizzjoni, vibrazzjoni t’ansjeta’ bil-hoss ta’ stiva ta’ vapur f’nofs bahar imcaqlaq.  U f’mohhi kien hemm idur il-hsieb li f’dik id-dar kienet mietet ommi, illum strangiera bla cavetta, m’ghandhiex mnejn tidhol.  Issa ilu ftit.

 

Armati bil-kitarri, il-kastanjoli u l-kant skadut konna sejrin f’isem ic-Centru tal-Animazzjoni Kulturali fi provincja ohra ta’ mwiet imhabbra, tas-sepulkri bil-lest, dikjarati (izda mohbijin taht l-ewfemizmi u l-korrettezza politika).  Residenza ohra fejn xejn m’hu ‘ntatt, hlief it-topografija tal-memorja mifqugha jew l-amnezija, biz-zmien jobrox kontinwament ir-reminixxenzi u jiffundahom. Konna drajna naraw lill-klijenti, nittantaw nisferrawhom qabel jitilqu, bhal ghasafar imghaddmin lesti ‘ggruncjati ghall-ahhar tappa qabel il-fruntiera kbira nett.

 

F’dawk id-djar hemm min jitlaq malajr wisq, minghajr ma jaghti l-ahhar tislima.  Ohrajn jippersistu, joholmu bi qmura mtappna w antiki, lejl u nhar. Il-knataz li jsakkruhom fihom infishom u fil-kundanna taghhom jissaddu l-hin kollu u ahna mmorru hemm, bil-bagalji tal-illuzjonijiet.  Bhal buzullottisti mharrga fil-finzjoni, nohorgu cnus giddieba mill-barnuza jew mill-borza tal-magija.

U jibdew ifaqqghu il-kastanjoli, u zzarzar il-kitarra u jduru f’piruwett iz-zeffiena f’dak ir-ritwal fejn ix-xjuh ifittxu lil xulxin, lil min izurhom, u jinsew kollox sa fl-ghaxija, meta l-ihirsa ta’ bil-lejl jittawlu minn bejn il-purtieri jew josservaw kollox, sfukati w hajjiena, mill-indani tal-kurituri.

U r-residenti jippruvaw jiccaqilqu, u jghollu jdejhom u jcapcpulna: wicchom kartografija ta’ xquq u singi, bhal raded jinxfu fl-eqqel xemx t’Awwissu.  Jittantaw ikantaw maghna, bid-dentatura ticcaqlaq bil-hoss tal-ghadam mikul u l-faxex f’saqajhom.

 

Imma qed niddevja.

Irrid niktiblek dwar il-koincidenzi, dwar is-sinkronicita’ ta’ certi avvenimenti li sehhewli l-bierah.  Irrid nistudjahom.  Nistudja r-rabta psikika taghhom, nara kif ghandhom x’jaqsmu mal-validazzjoni suggettiva.  Ghamilt ftit ricerka elettronika u missejt mal-manipulazzjoni tal-incertezzi. Ir-regoli matematici dwar l-indici tal-koincidenzi u l-metrika bazika dwar il-probabbilta’.  Dhalt ukoll fis-sit fejn jisemma Paul Kammerer, ir-ricerkatur Awstrijak ossessjonat bis-sesswalita’ tal-amfibji u maghruf ghar-rakkonti dwar il-koincidenza, zviluppati fil-Ligi tas-Sensiliet. Karattru fil-margni kien dak Kammerer, li kien halla l-ahhar marka f’wiehed mill-imsagar taht l-Alpi, meta qatel lilu nnifsu, b’zeweg icriev chamois bhala spettaturi kurjuzi.  U kien ceda ruhu f’awra ffrizata.   

 

Irrid nidhol aktar fil-fond dwar il-Ligi tas-Serendipita’  u nifhem jekk il-koincidenzi  nkunux  qed ingibuhom ahna b’idejna stess, sforz energiji pozittivi jew negattivi.  Jehtieg nifhem xi jkunu s-sinjali, vizibbli w m’humiex, li jithaxknu fl-arterji tal-qalb u c-capep tal-menti u x-xquq tal-kumbinazzjoni. 

Issa se nordna tliet volumi li sibt f’lista bibljografika l-bierah stess, fit-tard hafna,  dwar il-materja (forsi xi darba ghad jinteressaw lilek ukoll):

 

·        Coincidence and Selective Validation: A Compendium of Odd Combinations and Psychic Phenomenology (1997) ta’ Cyrus Vance Shoenberg;

·        Amazement, Probability and Statistics: a History of Unusual Occurances  (2001) ta’ Patricia Gassner Durrell;

·        The Skeptical Inquirer: The One-in-Trillion Probability Laws (2009) ta’ Lawrence B. Corder.

 

Intant, irrid nigi ghall-punt.  Naf li dak li se niktiblek jista’ jinhass superficjali u ta’ minghajr konsegwenza meta tqis l-agenda globali ta’ bhalissa, bil-falliment tan-neo-kapitalizmu fl-Amerika, il-krizi fil-pajjizi taz-zona ewro, il-guh u l-geopolitika tal-ikel, l-infern li faqqas fil-Lvant Nofsani mar-Rebbiegha Gharbija, l-iskandli medjatici ta’ Murdoch l-imperatur, il-massakri brutali faxxisti fin-Norvegja u sahanistra l-problema dwar il-gass tal-baqar.  Ghadni kemm spiccajt naqra Global Flatulence: Taking the Fart out of the Cow (2011) ta’ Ethel Guilford Rosencrantz.  Il-metanju li hiereg mal-bass tal-baqar u bhejjem ohra li jirghu qed ikun ta’ periklu gdid ghat-tossikazzjoni tal-arja.  Mhux ghax il-bestji m’ilhomx jixhtu l-gass sa minn zmien l-Arka w qabel,  imma issa x-xjenza qed tkejjel dawn l-emissjonijiet tal-metanju u qed isibu li l-baqar u n-naghag u hlejjaq ohra tal-ghalqa huma aktar perikoluzi ghat-tishin planetarju mill-ekzost tal-vetturi.

 

Imma ergajt zvijjajtek, ghaziza Fabrizia.  Qed nizloq kontinwament fuq hafna diskors infatwat. 

Irrid nasal ghall-fatti konkreti li sehhew il-bierah u li qed niktiblek dwarhom.

 

Halli nibda mill-bidunett.  Mela, diga’ tarraftlek li l-bierah, it-2 t’Awwissu, qomt b’certa ansjeta’ ghax kont naf li l-kumpanija taghna se zzur ir-residenza fejn kienet mietet ommi.  Imma issa ara ftit dawn il-fatti, li se naghtihomlok kronologikament, anki bil-hin preciz taghhom.   Ara jekk dawn l-episodji jwasslukx ghal xi konkluzjoni, ghal xi sens ta’ kontinwita’ minsug minn mumenti li jinterpretaw lilhom infishom, donnhom il-holma taghhom stess.   Ara jekk ghandhomx il-lemha ta’ espisodji spariggjati f’mera wahda mkissra jew ghandhomx x’jaqsmu ma’ kif il-mejtin jitkebbu fina, fil-gilda taghna, f’demmna, bhal eki skonfortati, jinhbew f’sidirna.

 

Ergajt tlaqt f’parentesi ohra: Ahfirli. 

Il-fatti, wiehed wara l-iehor, fl-istess jum tal-bierah, 2 t’Awwissu 2011, huma dawn:

 

1.      Il-hin: 07.20. Fuq il-blat. 

Mort ghall-ghawma tas-soltu fuq il-blat ta’ quddiem il-port.

-         Ara s-Sur Marius.  Kif int sur Marius?

-         Skuzani, m’inix naghrfek.

Ir-ragel li resaq lejja fuq il-blat kellu madwar 65 sena, bejn wiehed u iehor tampari.  Kien liebes malja ccangjata sa rkubbtejh. Kien qed izappap, xaghru zammlu kollu u ghajnejh kellhom mill-monotonija samra u niedja tas-sajf fi gziritna.

-         Anton jien.  M’intix taghrafni?  Anton ta’ Seguna.  Missierek, Alla jahfirlu, kien jitttapezza ghall-hanut tal-ghamara ta’ missieri, fil-Hamrun.

-         Iva, niftaku ‘l missieri jfettah il-haxixa, ihit il-molol mac-cingi tas-sedili bl-imsella u jsammar it-tacci tal-qrieq. Jahdem u jpejjep, dejjem ipejjep. Sa kwarta qabel miet kien qed ipejjep. Miet f’dahna, fil-veru sens tal-kelma. 

-         Hekk kien missierek, veru.  Jahraq sigarett wara l-iehor.

-         U int Anton, kollox sew?

-         Insomma, din l-artrite qerditni.  U ommok, sur Marius?

-         Hallik mis-Sur.

-         Ghadha hajja ommok?

-         Hallietna.  Issa ilha ftit.

-         Jiddispjacini, Sur Marius. Ciss, mela hallietna Maria.  Hux Maria kien jisimha?

-         Maria.

-         Kienet habiba t’ommi, Liliana, u baqghu hbieb.  Jien hemm niftakrek, Sur Marius, ghax kienet iggibek maghha xi kultant, u ommi kienet taghtik xi krustina.  U jien, xi zewg bocci tal-farfett.  Baqghu jiltaqghu ghall-quddies ta’ filghaxija ommi w ommok, fil-knisja tal-Kuncizzjoni.  Sakemm ommi mbarmet hin bla waqt. Qabel ommok, Sur Marius, ghax niftakar li ommok kienet giet il-funeral u tghidx kemm bkiet.

-         Id-dinja hekk, Anton.

-         Jien kont nghidilhom, “Ma nafx kif tkampaw ma’ xulxin intom it-tnejn,” ghax ommi kienet kwieta daqs naghga u ommok fokuza, Sur Marius, Alla jaghtiha l-Genna.

 

2.     Il-hin: 10.45. Fis-supermerkat tal-Lidl      

     Ginette Simmler waqqfitni fis-supermerkat ta’ Santa Venera ghall-habta tal-10.45 ta’ filghodu.

-         M’intix taghrafni? staqsietni.

-         Le, skuzani, ‘qas idea m’ghandi.

-         Jien Ginette, it-tifla ta’ Rosaria ta’ Simmler.  Konna noqoghdu hdejn il-Pjazza ta’ Fra Diegu u mbaghad garrerjna hdejkom, fejn it-talkies.

Magenb Nestu t-trux. Tiftakar?

-         Issa ghandi idea. Lil Nestu niftakru, ghax kont immur nixtri s-suldati tac-comb u l-pasturi tas-sold minghandu.

-         Jien kont ghadni zghira, imma ommi kienet habiba hafna t’ommok.  Maria hux, kien jisimha?

-         Maria.  Qed niftakar xi haga issa.  Kienet qaltli li ommok u hi gieli kienu jmorru jaraw xi opra t-Tearu Rjal flimkien.

-         Daqshekk hu.  Kienu jmorru b’xejn, ghax kieku l-biljetti mur xommhom.  Imma lin-nannu gieli kienu jikruh, ghax kien idoqq il-vjolin u kien igibilhom zewg biljetti b’xejn.

-         Allura ommok, Ginette? X’sar minha?

-         Hallietna sentejn ilu.  Kien jonqosha xahrejn ghad-disghin, imma kienet kwazi telqet minn mohhha.  Bilkemm taghrafna. U ommok? Dik kwazi daqs ommi.  Xi sena hemm bejniethom.

-         Mietet hi wkoll.  Issa ilha ftit.  Imma kienet ghadha tajba. Hadd ma stenna li se titlaq hekk.

-         Niftakarha sew lil Maria, miskina. Mela mietet ukoll.

-         Id-dinja hekk.

-         Mel’issa t-tnejn bla mnieher, ommi u ommok.

 

3.      Il-hin: 15.15.  Fid-Domus Sacra Familia

Wasalna bl-ispettaklu ghall-anzjani.  Wasalna ftit qabel u bdejna narmaw l-awdjo u niccekkjaw il-muzika.  Mieghi zewg zeffiena nisa tal-flamenco, kantanta tal-muzika romantika fuq l-istil ta’ Marlene Dietrich u kantanta folk, bil-kitarra b’kollox.

Kif fissirtlek, f’din ir-residenza kienet mietet ommi.  Ezattament meta u kemm-il sena ilu ma ftakartx.  Lanqas idea. Imma l-post ftakartu sew.

Ippruvajt nikkoncentra fuq l-ispettaklu, skont il-mottivi ewlenin tal-aljenazzjoni u l-ewfemizmi (li naturalment ma semmejniehomx fil-hafna pubblicita’ li hloqna ghall-progett).   Konna lesti ghar-ritwal bhal f’residenzi ohra. 

Lestejna s-sistema tas-sound u mort nistenna mad-desk tar-reception, sakemm il-fattigi jnizzlu bil-lift lil dawk fis-siggijiet tar-roti u l-walkers. Inizzluhom jew inizzlu dak li baqa’ minnhom: frammenti tal-hajja, inizzluhom bhal tjur mahsuda li ma jafux x’hemm lest ghalihom.      

      Kienet qed tkellimni l-mara ta’ wara l-bank, xi fit mimlija, mal-45 sena, liebsa bluza celesti, bil-buttuni bojod.  Dehret li tafni sew.

-         Madonna, ghidt li se narak hawn illum, Sur Pardi.  Hux int is-Sur Marius Pardi?  Gieli narak fuq it-televixin.  Int mhux it-tifel ta’ Maria, li kellna fin-numru 116?

-         Jien hu.  Nghidlek id-dritt kont qed nahsibha nigix aktar f’did-dar, ghax fiha wisq memorji u hlewwa ta’ qalb.

 

(Klixe’, naf, imma ridt inkompli d-diskors, imqar ghall-kortesija).

 

-         Halli nghidlek xi haga…

 

(Tressaq wiccha aktar qrib ta’ wicci.  Ghandha riha pjacevoli, forsi x-xampu’, imhallta mar-rieha tar-reksin tal-pultruni u l-fjuri qed jinxfu fil-foyer).

.

-         Halli nghidlek: jien l-ahhar li rajt lil ommok hajja.  U keffintha jien, ukoll. Wahdi.

-         Grazzi. Tard hafna, imma nirringrazzjak.

-         Ommok ma kellhiex tmut. Jien dejjem hekk ghidt. Lanqas ridt nemmen.  Filli tkellimni u tghidli li sas-sebgha ta’ filghaxija kont ghadek hemm int, u filli mejta.  Ma ridtx nemmen.

-         Forsi ahjar jekk telqet hekk, ghax ma batietx.

-         Ma ridtx nemmen.  Kienu saru kwazi s-siegha u nofs ta’ filghodu.  Ma setghetx torqod u meta ttawwaltilha waqt ir-ronda ta’ bil-lejl, sibtha  bilqieghda fis-sodda, bil-kuruna u santa tar-Redentur, ghax kienet thobbu wisq.  Qghadt inkellimha ftit u hrigt.  Meta rgajt ittawwalt halli nara raqditx, sibtha mejta, Madonna tal-Hniena.  Ma ridtx nemmen.  Mur ghidilha li  kelli nkeffinha jien, miskina. Kemm kellha, sewwasew?

-         Tmienja w tmenin,  ma kinetx zghira, imma kienet ghadha tajba u mohhha carissmu.

-         U nghid.  Ahjar minn tieghi.  Niftakarha talikwali lil ommok.  Ha nghidlek xi haga ohra u jista’ jahlifhielek kulhadd hawn gew:  Fin-numru 116 jien ma nidholx bil-lejl, lanqas jekk naf x’naf.  Ma nidholx.  Ghadni sal-lum.

 

Kien wasal il-hin biex jibda l-kant u z-zfin.  L-anzjani ddahhlu f’purcissjoni fuq ir-roti.  Ohrajn bil-bsaten u ohrajn ghadhom jifilhu jiccaqilqu tajjeb. Is-sala tawwalija mtliet bil-qdumija tal-esperjenzi u rqajja’ ta’ solitudni, jizeghdu fl-ispazju kliniku, tqil bil-qtugh ta’ nifs ta’ hlejjaq b’certifikati skaduti. 

Imma ahna n-nies tal-buzullotti. 

Irridu ngiddbu dak li hemm. 

Irridu mmieru l-hofor skuri fl-ghajnejn u r-riglejn maqtughin u l-irjus jiqrieghu tan-nisa u t-tferfir t’idejn l-irgiel. 

Habbart il-programm imma mohhi kien fil-kamra numru 116.  U  fil-kuritur bil-purtieri hodor cari li jaghti ghall-kamra. Kollox bdejt niftakar car.

U hassejt lil ommi: Siekta, xi ftit soghbiena, forsi xi ftit imqita.  Bl-ilbies ta’ bil-lejl.  Kienet fil-bieb tal-kamra, tara jekk inix tiela’ naraha.

Kienet kalma, mhux nervuza bhas-soltu.  Wieqfa daqs is-sighat ta’ dak l-ahhar lejl taghha. Fin-numru 116.

Sakemm dabet u nhallet fl-ewwel sinjali tal-ghodwa.

 

U nerga’  ghall-koincidenzi, ghaziza Fabrizia.

Il-bierah tlieta min-nies, fi nhawi u hinijiet differenti, fethu l-kapitlu mutrab dwar ommi. 

Forsi hemm xi regola matemetika li dan tispjegah. Forsi ghadni ma tghallimtx niehu hsieb il-manipulazzjoni tal-incertezza u l-paradoss.

Tlieta min-nies differenti il-bierah invadewni bl-inskrutabbli.

U llum, Fabrizia, lura d-dar, meta rajt is-santa tal-mejtin b’wicc ommi fuq quddiem, tleqq skont it-teknika tal-istampar laminat, id-data kienet taqra

2 t’Awwissu 2006. 

Il-bierah, meta kellmuni Anton ta’ Seguna, Ginette Simmler u l-impjegata fid-Domus, ommi ghalqet hames snin mejta.

Hames snin, bil-preciz.

Se nieqaf hawn ghal-lum.  Imma lil xi hadd ridt nghidu dan kollu.  Qabel l-amnesija. Qabel dak li gara l-bierah jinzel mal-ilma tal-platti.

 

Marius