IT-TEATRU TAL-OMBRI
Kulhadd jafu jesperimenta bi stili diversi
fit-teatru tal-ombri
li fetah fil-periferija tal-harifa ta’ hajtu.
Dahhal it-tango u l-muz’ka digitali u l-kant tal-lament
u l-kor tal-funerali w ir-recitazzjoni b’rimi qabbieza w irregolari.
Rawh fuq quddiem kontra kulhadd
imma l-aktar kontrieh innifsu,
icarrat is-sentiment u l-melodramm
u jabbanduna t-torri tad-difiza.
F’idejh il-bandiera tal-kawza w l-effett mikula w imzarrta
bhal gewnah marid.
Fit-teatru tal-ombri kien il-protagonist
izda qatt ma fisser dak l-artist
ir-raguni tal-gest u l-kelma pronta jew imlaqilqa.
Kien hemm ir-riferimenti kollha:
l-ossessjoni ‘nfantili
l-ezilju ta’ nannuh
il-pieni t’ommu w missieru
il-krizi tal-kuxjenza
il-lotterija konjugali
it-twiebet zghar bojod ghal uliedu
l-iskrittura tal-ansja mwebbsa
l-manwal tal-battalja w l-assalt
l-umiljazzjoni tat-telfa.
Kollox.
Kollox tul perkorsa twila
f’atmosfera mhassba masokista ticcirkonda l-kadavri
li wehlu bejn il-kwinti jew taht is-suggiera
jew fl-arterji fil-mohh.
U hemm anki l-kadavru tieghu: l-iktar wiehed oxxen
u li ghadu jiccaqlaq minkejja kollox
b’nofs maskra ma’ wiccu.
Mario Azzopardi