ITTRA MINGHAND ROSANNA
P. DWAR IL-PATOLOGIJA RELIGJUZA
U HWEJJEG OHRA PJUTTOST INCIDENTALI
Ghaziz Poeta
Attakkajt moment
prezzjuz u qbadtu u dhalt fih, lilhinn mis-sighat kollha ta’ jum iehor mignun,
biex niktiblek.
Grazzi taz-zewg kotba
li bghattli. M’iniex f’burdata mistika imma l-kitba anonima dwar is-Shaba
tal-Misteri ghandha l-pregji taghha. Xorta wahda nibqa’ nistaqsi jekk bil-kontemplazzjoni
ahniex se nsolvu l-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali mir-Rumanija. Lanqas id-diversi passaggi dwar l-abbandunza
ta’ dwal fantasmali ma twassalna lejn ir-ralta’ kif inhi.
Ma rridx ninhass
pagana aktar milli jien, imma l-volum l-iehor dwar Hipatia
Imbaghad ammirajt il-hila
aritmetika tal-Beata ta’ Strommeln, li kkalkulat li kienu qed jattakawha
Ma nafx jekk dal-ktieb
bghattulix biex taljenanzi mit-tensjoni bil-kawza tas-separazzjoni li ghandi
ghaddejja bhalissa (l-ahhar intopp jikkonxcerna l-appartament fl-Alto
Il-gimgha li ghaddiet
ergajt mort ghal sessjoni twila fl-ispa ta’ Porta Marzia u rgajt iltqajt ma’ Ella
B. Selliet ghalik, imma kwazi nista’
naccertak li r-rigwardi taghha jiffavorixxu hafna aktar lin-nisa milli
l-irgiel. Nispera li ma tiddizappuntax ruhek
wisq.
Il-prospett teatrali
tal-Latvja ghandu jmurlek tajjeb.
Qrajt l-abbozz
tal-iskritt li bghattli. Forsi ta’ min
jinkludi, b’xi mod, l-ossessjoni tan-nisa Latvjani dwar il-htiega li jaqilghu
talinqas xebgha wahda tajba minghand zwieghom bhala prova ta’ mhabba.
L-ahhar poeziji
tieghek ikomplu juruk qed tirrivitalizza l-lingwa, u tenergizzaha bhallikieku
waslet fil-limitu tal-estizjoni taghha u trid tivvintaha mill-gdid. Naturalment jien qed naqra traduzzjoni, u
nahseb li fl-original semitiku-romanz,
l-ipatt jidhollok
f’sidrek bhall-gheruq ta’ sigra ddisprata f’dezert. Jidhirli li qed tohloq xbihat tassew
sorprendenti u nahseb li minkejja c-cinizmu tal-wicc, hemm tama gdida
fil-poezija tieghek (jew imissni nghid rassenjazzjoni solenni jew stojika). Fakkartni f’dak il-poeta Orjentali, bhalissa
ma niftakrx min hu, li meta zar
Nispera li dan
il-kummnet tieghi tiehdu bhala kumpliment.
Inqis li dawn l-ahhar poeziji tieghek isahhu l-konvinzjoni li l-poezija
ghandha tipprezenta l-kapitli tal-hajja, mhux tirrappezentahom b’arroganza jew
b’xi kodici morali.
Min jaf kieku tikteb
Manifest dwar il-Poezija u tiddedikah lili?
Se jkolli nieqaf hawn
ghal-lum, bil-fehma ferma li hemm elf mod kif tmut imma
l-isfida vera hi kif
issib imqar wiehed ta’ kif tghix.
Lura lejn
il-kumbattiment.
Niftakar fik.
Rosanna.
01/09