IL-ĦUTA
Ħares lejn din it-tiċpisa demm f’ħalq il-ħuta.
Ħares l-għajnejn kemm għadhom friski: mimlijin bil-leħħ bla ħajja.
Ħares kemm tixbaħni din il-ħuta.
Daqshekk preżenti w daqshekk mejta.