IL-KASTELL

 

 

Bdew jitqaxxru l-persjani

w mic-cappetti mimlijin sadid

qeghdin jiddendlu bhal kustilji xotti.

 

L-arja ma titharrikx

u t-trab jinfirex

bhal cpar solidu rqiq fuq l-ixkafef

li sostnewli d-dubji kollha

u c-cinizmu li kkultivajt

u x-xbihat pagani li gemmajt

tul il-moghdija.

 

 

Komplew telghin ic-cnut gholjin

madwar il-kastell tieghi

u bdew icedu x-xorok

u wkoll

l-irfid tas-soqfa bis-serratizzi

ma jhallilix fejn naghti l-pass.

 

Nixtieq nohrog u nsakkar warajja

dal-mawsulew tal-mewt

izda tlift il-mazz tac-cwievet

tal-bibien li qfilt minn gewwa.

 

 

 

 

Mario Azzopardi