IL-KENNIES TAL-PERLI
Jghix wahdu mal-insetti bbalzmati.
Ghandu kollezzjoni
modesta ta’ friefet
imtaqqbin
Jixrob il-Bourgogne
Beaune 2002
jaqra t-trattati ta’
Katullu w Artaud
u jistudja l-jugando a la pelota
jew kif id-demonji
jiddevertu bir-ruh
skond Teresa t’Avila.
U jiehu n-noti ghal
sensiela ta’ poeziji
dwar
l-imhabba l-genna l-orrur
id-dnub in-nojja
l-kuncett tal-epilogu
u l-mewt
Jemmen fil-fuga
poetika tal-personalita’
u wkoll bhala materjal
psikiku
li jiggustifika
l-falliment uman
u l-ibbalzmar
tal-friefet.
Kien l-amoruz stupend:
jillostra d-djamant
fil-maqbad tas-sejf
biex inaqqax l-imhabba
f’sider nisa somor
bhal ghajnejn ic-criev
jew bjondi daqs
id-deheb tal-Maya.
Jiftakar id-dettalji
kollha:
anki meta dahal bhal
qattus jinten
jitqalleb fis-sodda
fid-distrett l-ahmar.
F’qiegh it-tazza r-residwi:
relazzjonijiet ikkundannati b’nefha malinna w inoperabbli u f’widnejh
l-iskwilli tal-harba u d-disgust eventwali jew l-eki ta’ rittmi mqallbin
ma jhalluhx kwiet u jriduh
jikkonferma l-gidba
mieghu innifsu jriduh
jiddikkjara dijanjosi b’ohra.
Sar il-kustodju tal-miti u l-insetti mniffda.
Sar il-purtinarnar
jiknes il-qxur
li waqghu
u jimmaginahom perli
ta’ desiderji w
firdiet:
perli ghall-irxix
tax-xita.
Jiknishom bil-lajma
kollha.
U jitbissem.