Studju perifrastiku bi stil
poetiku mikul
Li jhalli ‘l dak li jkun
fit-taqbida ‘ntollerabbli
Bejn il-kliem u
t-tifsir taghhom. Il-poezija ma tghoddx.
- T.S. Eliot: Erba’ Kwartetti
01. IL-PREMESSA
Frazi kulma trid
niezla fuq gwienah ir-rih
jew tielgha mill-infern.
Kelma trid li tikber fil-menti
bhal cappa tamal niexef
jew
tbejjet f’halq tifla b’xoffa ta’ fenek.
Kelma jew frazi kulma tehtieg.
Tahziza
fuq hajt f’kerrejja.
Frazi ltima li
tohlomha bla kulur
minghajr anatomija.
Il-poezija tinkiteb meta taqbez ‘il barra
mill-biografija ‘ndannata ta’ xellerat vagranti
jtemtem jew jixher
mill-kavita’ ta’ qalbu
jew b’halq l-ombri ta’ tfulitu.
Titkaxkar fuq zaqqha
l-poezija
u mbaghad tinqaleb
b’saqajha miftuhin ‘il fuq
f’wirja patetika
tas-sigrieti taghha.
O2. L-ISFIDA KONTRA L-BANALI
Il-poezija l-isfida
tal-avveniment banali
id-dettall
li jehtieg jikkorrispondi mas-sens
tal-pjaneti mas-somma tal-univers.
Kull poezija
ghandha l-periferiji taghha
ghandha l-grajjiet apokrifi
l-estri
is-santimonjanzi taghha:
bhal gzira mahbuta mir-ramel u r-rih il-poezija
wahedha
dezolata
‘nspjegabbli
03. EVANEXXENZA U BRUTALITA’
Tintrabat bi qfieli
radjanti l-poezija
tiddakkar mill-haxixa w il-loppju
tiddakkar mill-incens u l-gharaq u l-feriti.
Taf tkun evanexxenti w
brutali
tingharaf
duluri b’sebat isjuf
jew qahba tiddiehaq bi skossi vulgari
jew halja tindilek bil-halib tal-bhima.
Anti-duttrina
l-poezija.
Strategija kontra
t-tirannija mitologika
tar-religjon: atomika l-poezija
zzarma l-logika biex tibni ohra
kontra l-impotenza
kontra l-indifferenza
kontrieha nfisha.
U jafu jaqfluha b’ghira
mignuna
fl-ospizji jbiddluha f’relikwa
f’eremita bil-frilli sofistikati
fl-umdita’
ta’simboli qodma jkeffnuha.
Jafu jgeghluha tiddispensa
s-saffi w l-istrofi.
Jgeghluha
turi l-organi taghha ‘ndurati
bi sthajjil pirotekniku
imbaghad jiddikkjarawha
O4. L-IMPENN EROTIKU
Taf tinbidel f’bestja
tal-apokalissi l-poezija
jew fl-ippurgar bid-demm tal-pazjenti bil-kancer
jew tidhol cinika
f’ghajnejn il-klandestini tad-dghajjes
iberrqu l-ahhar harsa taghhom
lejn is-shab qed jigma’ t-tempesta
fuq l-gharqa taghhom fid-daghbien ta’ dejjem.
Riha
ta’ pesta w kolera l-poezija.
Felula minfuha bejn
il-hsieb u l-gest
Gjokuza
w distruttiva.
U mbaghad terribbli:
timmasturba
b’riha ta’ primitivizmu w magija
‘nkantatorja
w demonika
Madonna tal-Verb u
kontra l-Verb
intoskata bl-erotizmu l-poezija.
Ghandha l-prospetti
ta’ mara f’orgazmu spjetat
toghla fuq dahra biex thoss ahjar in-nifda
b’xagharha folt imqajjem f’diadema
ta’ gost ghaxi w abbandun
sakemm jitla’ jhuf ghal ilsienha
r-ragel muswaf
b’halqu jinten
bis-sardin bl-inbid u bis-sigarri
05. SIMBOLI TAL-KUNTRAST
Hi dak kollu l-poezija
w aktar ukoll:
suggestivi l-mandati tal-versi eklettici
u l-moghdijiet taghhom
ghandhom kulur il-vokali
u fuqhom jinbnew il-fantasiji bizzarri
w l-irwejjah akridi
li jerhu s-simboli mimughdin
bi snien foloz
ghall-kuntratt mal-hajja.
Ikollha
tinkina quddiem il-kadavri.
l-poezija
skond il-patt terminali.
06. IL-POEZIJA TAL-MEMORJA
Aqbad il-kliem u
l-frazi
imbaghad
ibda nfettahom
bir-ritmi tal-anomalija
jew qabblilhom rima marida
bil-vokabularju jfaqqa’
bhal cuqlajta tal-ghadam.
Ara li tohrog l-ulceri
mill-versi
u carrat maskra bil-gilda b’kollox
sakemm tiskeletra l-kelma tal-bidu:
il-genesi.
Wara li tkun fgajtha
f’demmha stess
u tliftha fic-cpar taz-zmien.
Kun af
li l-poezija mniggsa bi tfulitek
tinfettalek gismek sakemm ibatti
ma’ kull stagun li jghaddi.
Bhall-ahhar inbid
tas-sajf il-poezija
jew nefha li tikkankralek
idejk
u jkollok taqtaghha.
07. IL-GIDBA L-KBIRA
Tiktibha l-poezija
bi sthajjil nomadiku
u
ma’ liema gidba se tqabbadha:
tiktibha biex temmen il-kontradizzjonijiet tieghek
biex tipprotegi lilek innifsek minnek innifsek
Biex taljena lilek
innifsek tiktibha
fil-misrah tal-profeti falluti tinsigha
fejn il-jien jitkattar:
imhallef sadist u perfidu
jahraq lill-ikkundannati
jew
flagellant esebizzjonista.
08. L-ISTUDJU POETIKU
Kont studjajt li
l-poezija
sustanza sigrieta qadima:
mistura ghall-imhabba meqruda
kienu qalulek:
tagonizza quddiem arlogg
jimmarka sighat li ma jezistux.
Demgha ma tistax issir
warda
ma tistax issir poezija
jew caghqa
Demgha dejjem demgha::
Kiesha jew tikwi
ghandha l-kanali taghha mnejn tivvjagga
ghandha l-istorja taghha.
Mibruxa fil-materja
tal-mohh
u meta tixxotta
tidhol fil-kompendju
tal-ansjeta’
u x-xoghfa.
Struggenti
Sinkopata.
Imma ma ssir qatt
poezija
jekk ma tamarlix int.
Bl-ossessjoni
tieghek.
09. IL-POEZIJA TAL-FALLUTI
Orazzjoni
mifluga l-poezija.
jew
l-att pontifikali tal-falluti.
Ezercizzju li jqalleb
is-sintassi
jew jimmankahom
b’misoqsijiet minghajr twegiba.
Riha ta’ xemgha
l-poezija
tistordi s-sensi tel-kretini
tal-infatwati
tal-morda terminali
u tal-imgewhin
jipputrifikaw
fid-dezert tal-bniedem.
Il-poezija trid
tharhar fl-isqaqien tal-belt
fl-abbiss tal-allucinazzjoni
jew fix-xaghri tal-qalb imblukkata.
Sperma mxerrda
fil-vojt il-poezija
Taghqad f’bocci zghar
dellieka
fuq il-lizar tal-imhabba distrutta.
Bhal flokk ixewwek
il-poezija
li jintlibes issikkat fuq gilda niedja
u l-poezija t-tibna li tnizzlek maghha
fl-ghadira tal-kimeri
fejn id-dahq tal-fantazmi jibla’ kollox.
10. PERKUSSJONI U MAGIJA
U int titlaqa’
u tgaraha
lejn il-lejl
u ssirlek stilla tisplodi u tmut ghaliha nfisha
mgharrqa fil-bir tax-xejn.
Imbaghad terga’
bir-ritmi tat-tambur titwieled il-poezija
ir-ritmi ripetuti resqin lejn ic-cella
fejn qafluk talli kewwist fil-magija
w issa gejjin jahsdulek rasek
bhal kif tinhasad ras serduq mahnuq
li mhux se jara l-ghodwa.
Dik il-poezija:
alkemija ta’ passat u prezent bla futur
hlief l-annikilazzjoni u l-hofra ta’ dejjem.
Hamiema b’sebat ucuh u
aktar taf tkun
il-poezija
f’isem il-gustizzja.
Fabbrika mnejn
tinhareg il-licenzja
tas-sinkronija
s-semjoti’ka
u l-polisemija.
Fejn jinkubaw
ghasafar b’munqar tar-ramm
iccarrtu s-sensi
f’isem in-nixxiegha tal-kuxjenza.
11. AVVERTENZA
Ma tridx thalli
l-poezija tqarraq bik:
l-accessorji prosodici taghha
m’humiex hlief il-qliezet ta’ taht
ta’ qahba korpuza.
Qlizet imkittfin bizzillati
niedja bl-gharaq
fl-irqiq ta’ bejn saqajha
hi u ttik sidirha.
Kun af bl-impulsi ‘rrazzjonali taghha
Kun af
bl-amar taghha
li jgeghlek tidhol f’mara
terhi d-demm tax-xahar.
Dizzjunarju ta’
frazijiet
damma ta’ kliem maqlugh mill-penombra
tar-realta’ u l-hrafa
l-poezija:
esperiment bis-sentimenti
mkebbin f’tezawru ta’ kliem inutli
kliem jiccaqilqu
ghan-noti ta’ pjanist mixrub
abjad-kadavru
bl-istess nifs affannat tieghek.
12. DWAR IL-POZATURI
Bandalora l-poezija
f’purcissjoni
ta’ pozaturi li habbru l-pesta
jew wieghdu t-tisfija mill-htija
f’isem saltniet invizibbli:
It-tantra tal-Buddha
l-poezija
u s-salmi tas-slaten fil-friex tal-incest.
Il-versi fil-latrini
tal-boemi l-poezija
bis-sigrieti romantici
tal-pufti w l-adulteri burgizi
jew
l-istrofi bl-appelli qliel ghall-armi tar-rezistenza
mhazzin mal-hitan tat-tverni.
Ix-xewqat u r-rikordji
taz-zina l-poezija
kantati f’nofs stupur insensat fiz-zoni l-homor
tal-belt
u wkoll
bil-kontrokultura moderna tinhexa l-poezija
bl-assalt fuq mohhha
qabel jorbtuha fil-gakketta tal-forza
b’sormha mikxuf
dekorat bit-tatwaggi nittiena.
Ghax dik il-via sagra taghha.
KLAWSOLA AD INTERIM
Din li gejja hi Klawsola mhux
kompluta dwar il-qaghda ad interim tal-awtoriflessivita’ u l-prammatizmu
letterarju, u dwar kif il-kritici jallokaw diskors eterjotipiku dwar il-poezija,
il-pornografija u c-cimiteri, fis-sens li l-kuncett ta’ spazju qatt m’hu newtrali, izda ghandu
dimensjonijiet lingwo-storici. Ara, fost
ohrajn, Magnus Castelletti-Pardo u Heta
Kerstin Houellebecq: L-Eterokroniji Kumulattivi jew Transitorji fl-isfond
tal-Falliment tal-Poezija bhala Devjazzjoni Sublimi
Hu mifhum li l-Klawsola
trid tikunsidra wkoll l-effetti li kien hemm fuq il-hsieb poetiku postmodern wara studju komparattiv li sar
dwar il-kuncett utopiku kif muri fi trattati bhal De Spectaculis (200 WK), it-Tao Qian (c.400 WK), Il-Belt tax-Xemx
(1602), Kandida (1758), Il-Vjagg lejn l-Ikarja (1839),
Aleatorja jew l-Istat
tal-Lotterija (1992), l-Eden tal-Inginerija Genetika (1998) u l-Pjaneta
Intelligenti iskond il-Vizjoni ta’ Michio Kaku, ippubblikat fl-istess sena.
Taf
il-poezija li l-miragg ma jsirx miraklu.
Taf li fil-ginnasju
tal-kastrati
zlugat ruhha l-profezija
ta’ bosta habbara foloz
li qallbulha truf imsarinha
fil-lejl bla tmiem tas-sodomija.
Il-poezija ma tridx
patruni
jgantu l-assonanzi
jew
jissunettaw jew f’att ta’ sovverzjoni
jimmasturbaw fuq sintassi konvoluti.
Izda l-gudizzju
storiku jinkriminaha:
inezzaghha u jcercirha.
Konxja l-poezija
tas-simulazzjoni kollha
li garrbet
fit-teatru tal-kirurgija
sakemm bidluha f’moghza pantomimika
tomghod u tiekol il-linji
liebsa bhal principessa
tipprova tlissen xi haga
qabel il-koma
qabel is-sing li jifridha minnha nfisha.
Taf bil-fattizzi li
bidlulha
biex
taghti xhieda tal-progett socjali
biex
tghajjat f’isem in-nazzjon
biex
titbiccer f’isem ir-religjon
biex
twerzaq ghar-rivoluzzjoni
biex
tiddikkjara l-missjoni kompluta
biex
timxi bejn l-oqbra
fil-porno-dokumentarju
tal-gwerra
biex tkanta
b’kappell iswed velat
ghall-imhabba
u l-paci.
U bl-interlokuturi
taghha
taf ukoll il-poezija:
taf bil-karriera splendenti
ta’ dawk li ddekklamaw l-apostrofi f’isimha
quddiem it-tempju awdjo-viziv
jew ix-xibka digitali.
Taf il-poezija kif
ittradewha
c-cerimonjieri
u s-sacerdoti taghha
bil-formoli sinkronici
bil-polisemiji
u r-ritwal semjoti’ku:
laghabuha l-ministri taghha
dawk
li qatt ma jikkompromettu l-personalita’
u l-prassi tal-konvenjenza taghhom.
Taf il-poezija kif
tefghulha l-muniti
fil-plattin tal-landa quddiemha
fuq il-bankina fejn iccakkret
bhal gitana mdennsa.
Il-poezija ssoff
il-metafori patologici
tad-dizordni temporali taghha
tal-imsiemer f’wiccha
tat-treghid ta’ jdejha w subghajha vjola.
U tirvella bit-tattici
ta’ gwerilla cirkondata
u tigdem it-tapp tal-bomba mohbija
li tisfrondalha sidirha
f’suwicidju mqaddes.
Imbaghad
bil-gilda li tigbor mill-asfalt tal-misrah
fejn it-triqat qatt ma jikkonvergu
bl-organi mwahhlin f’posthom bil-bzieq
tasal mill-fossa ta’ demmha
tasal mid-dinja l-ohra
titkaxkar sa l-infermerija
tidhol taht il-bluzi hodor tal-kirurgi
u f’valz assurd u skizofreniku
tizfen il-poezija
tizfen fil-kurituri bojod
tizfen fejn ikaxkru saqajhom
l-erwieh aljenati
minnhom infishom
miz-zmien
u
9-11 ta’ Settembru
2008