IL-MOTIV TAL-ALJEN

Minn ġol-foga tal-folla  jgħaddi  bl-indifferenza tal-ajlen li maż-żmien sar spettru.

Minn ġol-folji jiddokumentaw proċess bla tmiem jgħaddi bid-diffidenza tal-barrani

li m’għadux  hu.

Donnu fehem l-iskadenza tiegħu innifsu qabel  jammetti l-iskakkomatt.

Forsi kien hemm żmien meta sata’ kien fuq in-naħa t-tajba tal-logħba li qatt m’għandha bilanċ.

Li qatt m’għandha l-ekwazzjoni li  taqbel.

Aljen maqtugħ minnu nnifsu:

emblema  tal-ambigwita’

jew għoqda f’ingassa.