Antik Walid.
Antik
daqs l-istejjer tieghu.
Fil-gorbog
fejn jghix
ghandu
merfugha kaxxa tal-kartun:
ghandu
merfugh fiha l-muftieh tar-razzett
li
kellu f’Ramallah
qabel
waslu l-ghasafar
b’munqar
u dwiefer tal-hadid
ineqqu
l-wesghat u l-bjut u l-btiehi
u
jhallu l-glud imtaqqbin warajhom
fit-toroq
u l-isqaqien.
Ghandu
bastun antik f’idejh Walid.
U
muftieh li saddad.
Xaghru
bjad u tghakkar
u
qalbu tizliga lwien mitfija:
lewn iz-zebbug u t-tamal ta’ dari
lewn is-soghla moribonda ta’ martu
lewn l-umdu ta’ zewg uliedu l-habs
lewn l-izbandola f’idejn it-tielet
wiehed
meta waqa’ quddiem it-tankijiet
u tar f’hogor Alla tieghu
bil-kafija ma’ mniffsejh.
Ghandu
merfugh muftieh Walid.
M’ghandu
xejn x’jiftah
hlief
il-katnazz tal-insulti,
tal-umiljazzjoni
u
l-kondoljanzi.