INSTALLATION ART XXI

 

 

Ghajnejh blalen tal-hgieg mimlijin ilma

u f’halqu lembut twil minn fejn jit’mugh

l-ansjolit’ci XBD 173

u s-serotonin kontra d-dipressjoni.

 

Imwahhlin b’fili twal widnejh

ghall-hoss irqiq hiereg mill-kaxxa

tal-kustodja tal-morali.

 

L-ippurgar tieghu dejjem gej bid-demm

u jdur imbaghad irriciklat

f’ghadira ma’ saqajh imsammrin tajjeb.

 

Sidru miftuh u disk’ ghaddejja dejjem

tnahhaq sebakelmiet mibruxa.

 

U hemm il-pesta tal-felul li trabba

f’gismu kollu: felul antik mibdul

fi frak taz-zmien.

 

 

Mario Azzopardi