IS-SAHHAR

 

Jew hu jew mhux hu.

Lehnu tieghu u mhux tieghu:

           gjullar maghlub,

           illuzjonist

           li vvinta lilu nnifsu kemm-il darba.

 

Mill-blat id-demm kien jaf johrog

u mill-arterji s-sriep.

U s-sriep kien jibdel jaf, fi swabatwal,

iduru b’tenerezza m’isdra l-vergni.

f’sonata tapjanist imharreg.

 

U mis-sodod tal-moribondi,

deni skarlat kien jaf isoff

w arah ifantas

gwienah ghall-hrib

minn sentenzi mortali.

 

Issa,

f’desiderata minghajr patrimonji,

quddiem il-mera li t-turih it-tingit kollu,

             is-sahhar 

             jiekol l-ahhar hawha,

             sakemm mill-ghadma

             tohrog qatra demm maghquda,

             kompromettenti.