JIEN NAF GZIRA
Jien naf gzira tizhed
bl-istatwi vernakulari mdehbin u x-xemghat.
Naf nisa goffi jaghtu
fuq sidirhom u jballtu s-soqfa tal-kappelli.
Jien naf gzira tghaxxik
bil-farkizzan u t-tut tas-sud immerraq.
Naf gzira
ta’ holm minghajr skaluni ta’ konkubini jxarrbu
l-friex
mal-kaptani u l-monsinjuri
faqmin.
Naf gzira
ta’ processi mill-istorja mahruqin bix-xemx
gzira fejn
timtedd ezawrit ghar-ritwal tal-hniefes fuq ir-ramla
fejn jixxierku
l-maghtubin il-pedofli l-ingarzati l-qhab u l-haxejja
fejn meta tqum
tintebah li serqulek il-krozzi
biex isawtu
lis-suwed tad-dghajjes li jaslu mahrubin
jew iggranfati
mal-gageg tal-hut
fl-olokawst tal-bahar
tan-nofs.
Jien naf
gzira fejn it-trab m’gharqubek
jehel bhalma
jehel il-kallu fil-vini
fejn il-melh
tas-salini jnixxiflek gildek sa ruh
ommok jixorbok
fejn il-barometru
ta’ l-istorja jimmarka kollox kondensat
glorifikat f’mikrokozmu
ta’ gakulatorji
riha ta’ nisa li m’ghadhomx
isaffu
ta’ tribunali
manipulati ta’ kundanni w pregudizzji
li baqghu
jintirtu minghajr testment formali
ta’ siktiet
makakki jintefhu bil-lejl.
Tkun trid
tahrab mill-gzira mill-foga taz-zmien
li bejjet
kursari, djakni, kavallieri w ammiralli.
Trid tahrab
bin-nar ma’ l-ghekiesi w irazznek l-ispirtu tat-torri
trid tahrab
mill-bandu tal-gransinjur
trid tahrab
mid-duttrina furzata
hekk kif
taghfsek il-morsa tal-gens.
Trid tintefa’ fl-ilma u teghreq fid-demm tat-tonn bil-gargi mcarrta.
Trid ittir
u r-rih tax-xlokk ma jtikx u trid timxi
max-xatt
donnok miexi
fix-xfar ta’
gerha li bdiet tiggangra zmien ilu
Jien naf gzira
fejn kien wasal jum fost
l-ohrajn
profeta b’gilda
samra lewn iz-zebbug
fuq karozzin
tat-turisti
u qalu li jsahhar
u jkattar u jbassar
fejn l-ewwel
hadulu hemel ritratti
u mbaghad xlewh u nezzghuh u haggruh
sa faqghulu
l-bajd
talli ma riedx
jaghmel mirakli.