JISTGHU JIBDEW JONFHU
T-TROMBI
Varjazzjoni
Jistghu jibdew issa jonfhu t-trombi
u jsabbtu l-platti f’wicc
il-qamar kwinta
fil-lejl tar-razza u
t-tidlik
fid-disa’ xahar.
Tista’ tibda
l-maskerada bix-xbihat
pagani
wirt dawk li kienu
jsejhu
lill-bassara u ‘l
erwieh
iqassmu l-qxur tas-seher.
L-ghamara tal-qodos
inqerdet
u maghha l-arka
tal-patt
u b’rasha mhanxra fuq
l-artal tal-frugha
l-ghanja tal-frugha tizvina.
U hemm arahom il-qandiela:
jinvadu l-misrah
dehlin
bl-ikoni
tal-kontropunt
fil-wesgha tal-gemgha
fejn zvinta l-misteru
fejn siktet ir-rivelazzjoni
fejn daghbet is-sustanza
u fadal biss
tila mdennsa massiva
mdendla mis-saqaf tat-tempju
biex fuqha
tinfirex fatali
l-ewfor’ja tal-gens.