KARUSELL
Hawn
jien.
Ergajt nistenna quddiem
il-karusell tal-bagalji.
Din setghet kienet
it-titjira ta’ qabel ta’ l-ahhar.
Kull tappa kienet riciklata
b’hajti ddur
bhal bocca tar-rulett
toqmos fuq in-numri.
Quddiem ic-cinga ddur
hemm ohrajn jistennew,
donnhom
qed jghixu
fi sfera qadima trasparenti,
jghixu donnhom simboli statici
li m’ghadhom ifissru xejn
ghalija.
Insejt x’ippakkjajt fil-valigga.
Ma nafx hux antidotu li stivajt
jew poezija bl-ahhar vers maqbuz.
Ma nafx hux nuccali li jisfoka
jew igiddeb kollox li ppakkjajt
jew
bott sensazzjonijiet mitfija
toghma ta’ medicina. Ma nafx ippkkjajtx
il-mera li dejjem turini mfellel
f’bicciet anomali
li m’humiex jien.
Ma nafx jekk mal-peduni pakkjajtx
iz-zejt ghall-grizma tal-morda
jew
biljett ghall-karnival tal-mejtin.
Ma nafx.
Imma qed nistenna quddiem
il-karusell.
Nistenna l-valigga tasal.
Novemnru 2005