KATRINA
The hurricane that struck (on
National Weather
Service. It’s real name is
global warming.
- The
It is easy to conclude that
the increased intensity of hurricanes is associated with
global warming.
- Sir David King,
ix-xjenzat konsulent
ewlieni tal-Gvern tar-Renju Unit.
The American president closes
his eyes to the economic and human damages that are inflicted
On his country and the world
economy by natural disasters like Katrina, through neglected
climate protection.
-
Katrina tat-tempesta u d-dilluvju.
Katrina bint terribbli ta’ l-irjieh.
It-tikwis jaghli kwielek nar il-vixxri,
jaqtaghlek nifsek f’cikli tal-kubrit.
U l-lum nhar it-tpattija
jissabbat il-gudizzju b’qilla
fuq kosta tterter gherja
mas-sentenza tat-tifrik.
Tkellmu l-gwidi
tal-morali, ja
Katrina:
b’elokwenza w oratorija
sostnew it-teorija li c-cittadini
hlew is-sustanza u l-vizjoni
w grew mghagglin b‘kappestru f’rashom
fil-veljun tat-trasgressjoni
mar-rulett tal-Mississippi
jonkella taht pressjoni ghalenija
fi
fossa tfur bis-sodomija.
Hemm folla ta’ tallaba fl-astrodromu
tistenna li l-mejtin minfuha
jitfaccaw kohol w aciduzi
Hemm hanqa ddisprata
tiggranfa mal-holm sfiq Amerikan
biex toftoq il-kimera:
Inhliet
kollha l-pulikarja
fix-xaghri tas-shanat
fejn jahasra ghalina,
fis-swali
tal-poloz
kebbisna trionfi foloz
f’sommarju
‘ppjanat
skond l-almanakk
intiz ghas-seklu l-gdid
biex issa nzilna mcercrin
max-xjuh u mat-trabi
ahna
mgezwrin fil-pwieni
ta’ Gobb il-karrabi.
L-irjieh u l-ilmijiet
ipattu ghall-feriment
U jqallbu b’ferment swied l-ibhra biex
jahbtu
ghas-swali ta’ l-arroganza
f’daghdigha
b’mitejnusbatax kilometru s-siegha.
Katrina tal-furja:
jitfarrak kollox taht il-halfa
tieghek.
Skond ir-rit tal-kontijiet hbatt
riekba z-zwiemel imgienen tar-rih u l-mewg,
bhejjem jizhru ghal-lejl tal-kefen
taht ix-xhieda tas-sema.
Hbatt b’xaghrek mahlul u sidrek jilheg
hbatt imrieghxa
f’idejk ix-xafra tat-ticrit u l-mewt
f’orgazmu feroci
sa’ strihajt.
U mbaghad l-isturdament.
Joqomsu l-karkassi
fid-drenagg u z-zejt
izda l-intejjen ta’ l-infetti fl-ilma,
ta’ l-ammonja mill-imsaren jerhu,
m’humiex bicca tieghek,
ja Katrina:
hemm l-iskwadri
ta’ l-emergenza
u t-trakkijiet bil-lest
ghall-kadavri fil-friza.
Settembru 2005