KEMM HIN BAQA’

 

 

Hemm anglu trasparenti jhares lejk.

F’ghajnejh hemm l-abjad biss

u l-gwienah qed iwaqqghu:

jindokra l-hin, fir-rokna,

w ghassa tieghek.

 

Mal-lampa jdur insett nervuz,

f’cirku zlugat war’ iehor,

sajinharaq.

 

Passagg bil-klarinett minn Verdi,

int u  trazzan demgha ‘l gewwa

kontra l-forza tad-destin.

 

L-art irqiqa taht saqajk

tiftah f’raded, dritt ghal-limbu.

 

Hemm tazza bil-mistura

u qtar irqiq  itabba’ t-tvalja.

 

U int trid tikkalkula kemm hin baqa’.

 

 

 

Mario Azzopardi