KIF NIXEF

 

Ara kif inxift, qalli dalghodu kmieni.

U quddiemi

kien hemm forma zvujtata,

saqajn irqaq ivvinati

w ras kbira, titkellem.

 

Sabuli kancer fl-istonku, qalli.

U b’lehen mibrux

fissirli kif hituh bil-plastik,

kif wehhlulu borza mal-musrana

w iffissawlu l-appuntament.

 

F’ghanjejh, kbar bhal plattini suwed,

kien hemm jinstama

l-vjolin antik tas-sighat,

jimbuttah lejn xortih,

digattieghem bejn snienu.

 

Jien u naqsamlu t-triq,

hsibt f’epigrafu solenni

ghalih.

U iehor ghalija.