KONTINENTI

 

Kontinent wisq icken jien

mit-tila ta’ l-erwieh

jitlajjaw quddiemek

imkebbin

fl-istejjer muti taghhom.

 

Il-mara tbezlaq ruhha

miexja fuq tkaken goffi

tahtil-fwieha rhisa tahbi lejl tidlik

jew l-ohra

tahlef  li Hitler zmaga

meta ggassja lil-Lhud

minflok il-vagabandi:

 

dawk kontinenti shah

f’diskordja

suppervi fil-mizerja taghhom

gradwati fil-malizzja

li redghu

mill-vulva niedja tad-dinja.

 

Kontinenet wisq icken jien

mir-ragel li ktibtli dwaru

sajf u xitwa jintona l-missal

ta’ l-intricci

jew l-ohra

li jekk ma tigborx kemm messha

tissawwat

mill-mafja tat-tallaba.

   

 

Fittex fl-elizew tad-dellijiet

f’ghajnejn dawk il-fatati jkarkru:

xbihat bla forma fissa

oqsma bil-wisq akbar minni

akbar mill-ilma cass tax-xmara

akbar mill-kundanna tas-sema.