KRITTOGRAMMI

 

 

Fl-oqsma taz-zmien

il-kliem jinbidel f’cifri

mhaffrin bl-iskliepel fil-hitan

jew f’sidrek.

 

Jinbidel f’sinjali ambigwi l-kliem

li la jafu jfissru d-dizzjunarji

lanqas l-esperti bl-algebra taghhom.

 

U jikkollassa l-kliem

f’ghanqud kumpless takrittogrammi,

jaqabil-heffa fi troffi mghakkra

jew snien imhassra.

 

    Tfittex ghalxejn fil-massa mharbta,

    tfittex kif se tgharbel ic-cifri,

    kif se tneqqi l-messagg prevalenti

    jikkalzra s-sigriet  essenzjali tahajtek

    miksija bil-glata

    tipprova tiehu n-nifs bla fidi.

 

 

 

 

Mario Azzopardi