KIEN HEMM DAL-PUSTIER
Kien hemm dal-pustier
fil-belt dejjem tnieghes
Fejn l-indirizzi li kien jaf bl-amment
Sparixxew kollha.
U d-djar ukoll.
Napplika ghal xoghol iehor, qal.
U beda jdawwar l-imtiehen tad-deluzjoni
W’ghadda dritt ghall-azzjoni
Igorr il-mejtin
Wara sisma fuq skala gravi
Li garrfet ir-ruh u l-gisem
U halliet lil kulhadd minghajr isem.
Kien iz-zmien meta l-ghajnejn kienu jharsu biss
Minghajr ma jaraw
U l-pustier difen l-ittri kollha li ma lahaqx qassam;
Difen l-ahbar u r-rakkont
Li ma lahqux inghadu
Fil-belt li tnieghes.