KOMUNIKAT LIL OSKAR DWAR L-EKS MARTU

 

 

Ottubru 2005

 

 

Ghaziz Oskar

 

Ma nistax nghid li l-ahhar ittra tieghek edifikatni.

Napprezza li kellek bzonn it-taghrif li tlabtni ghall-progett “psewdo-biografiku” tieghek, kif qed issejjhalu int.  Imma ma kelli l-ebda xewqa li niftah il-kapitlu ta’ Miriana, li hsibt li kien inghalaq kemm ghalik kif ukoll ghaliha.

 

Biex nikkonferma l-lealta’ tieghi lejn il-hbiberija antika taghna mort naraha kif tlabtni, bl-iskuza li xtaqt niehu xi noti dwar l-ikoni li kienet gabet maghha minn Novi Pazar, qabel ma zzewwigtu.

 

Skoprejt tahlita ta’ fwejjah kuntrastanti.

 

Qabel xejn, il-fwejjah tax-xemghat tal-luttu. Miriana tilfet lil missierha: rega’ tfaccalu t-tumur li kien kien zviluppalu  wara l-missjoni tieghu fil-laboratorju ghar-ricerka nukleari.  Din id-darba attakkalu l-inforra tal-pulmun u mit-telefonata li kien qed ikollha  Miriana minghand ohtha, il-missier kien mugugh hafna.  Mid-dehra  tawh difna militari ufficjali, x’imkien fl-inhawi ta’ Smederevo, ftit ‘l isfel minn Belgrad.

 

Meta mort id-dar taghha, Miriana kienet ksiet kullimkien bid-drapp iswed, u sahanistra dendlet speci ta’ pavaljun kbir mill-hadid tar-tarag, jaghti ghall-ewwel kamra, fejn zejnet l-ikoni b’xemghat zghar irqaq imdeffsin f’suppiera bir-ramel.

Ix-xbiha ta’ missierha esponietha fuq il-kavallett li tpitter fuqu (dan l-ahhar kienet qed tipproduci sensiela ta’ qtates fantasmagorici). Xrobna l-inbid tal-prun u kilna helu li ghamlet hi, qghadt nismaghha tirrakkonta dwar kif missierha ma messux accetta li jmur jahdem f’laboratorju nukleari.

Tant pingiet lil missierha b'mod grafiku, li bdejt nisthajlu jqum bil-qieghda fit-tebut, jisma', jitbissem koleriku, japprova b'rasu, b'caqliq imwebbes bir-rigur mortali.  

 

 

Isegwu kollox minn fuq il-pjanu kien hemm it-tliet iqtates suwed ta’ Miriana, wiehed abjad, l-iehor griz u t-tielet wiehed iswed.  Bilqieghda fuq saqajhom ta’ wara, dritti u cassi, iharsu fl-istess direzzjoni, lejn ix-xemghat.  Farfett zghir ta’ bil-lejl kien qed itir fis-sakra minn bejn il-ftejjel, jinharqu bil-piena ta’ dik id-dezolazzjoni kollha. 

L-ugigh sinkopat ta’ dik il-mara tal-luttu kien maqful f’termometru kiesah.  U kellu riha sokkjuza.  Ineffabbli.

Dak l-ugigh donnu kellu minn formola matematika, teorema li b'indici universali, imma fl-istess waqt distanti, mhux konkret.   

 

Stennejt lil Miriana tieqaf minn sessjoni urgenti ohra ta’ lfiq, imlahham u fgat fl-istess hin, u ghidtilha li dwar l-ikoni, jekk ma jimpurtax, nghaddi f’mument aktar trankwill.  Skuzajt ruhi tal-iskomdu u hrigt mal-habiba taghha Krassina (jekk tiftakar kienet izzewget hawn u fethet stabbiliment tat-terapija naturali hawn, fl-inhawi tas-Salina) li marret taghtiha l-kondoljanzi.

 

Krassina staqsiet dwarek u fdajt maghha li fil-fatt, jien kont mort ghand Miriana biex naqdi lilek.  Qaltli li Miriana gieli ssemmik b’acidita’ kbira u gieli tghid li forsi ma fehmitekx.  Imma m’ghandhiex dubju li int egoist perfett u ma tafx thobb.

Dhalna f’kafe’ u qaltli li kellha xi haga interessanti x’tghidli.

 

Ftit qabel l-ahbar tal-mewt ta’ missierha, Miriana kienet qalet lil xi hbieb intimi li kienet se titla’ Londra  biex  taghmel  “rikostruzzjoni vaginali”.  Qed taqra sew, ghaziz Oskar: rikostruzzjoni vaginali.  Teknikament l-intervent jissejjah DLV, jew Vaginoplastija Disinjata bil-Laser.  L-intervent jassigura ristrutturar estetiku  tal-vulva.  Habiba taghha li tahdem bhala maniger f’bank fil-Kroatja u li m’ilux ghamlet intervent f’Los Angeles biex tlahham il-posterjuri (u iehor biex  tinjetta l-kollagenu fil-parti harxa tal-vagina ghal orgazmi aktar intensi),  kienet qed tibghatilha hafna letteratura li kisbet minghand is-Socjeta’ Amerikana tal-Kirurgija Plastika (l-ASCS)  biex tikkunsidra l-intervent.  Miriana kienet se tmur Londra ghax fil-kapitali Ingliza,  l-intervent jiswa ferm inqas mill-35,000  dollaru li hallset  il-habibitha fl-iStati Uniti.

 

Meta staqsejt lil Krassina  x’dahal f’mohh Miriana u mnejn se ggib dawk il-flus kollha, qaltli li l-eks martek trid tehles darba ghal dejjem mit-tirannija ta’ l-inkubi  sesswali taghha, wara li bil-kollass taz-zwieg taghha mieghek, tilfet kull fiducja fil-potenzjal erotiku taghha.  Kienet qed tghid li ta’ 45 sena, trid tibda tirrispetta lilha nfisha mill-gdid minn kull aspett, anki fl-apsett l-aktar intimu.  In-negozju bl-artijiet li dahlet ghalih ohtha Blaga qed jaghmel tajjeb ghall-bzonnijiet

straordinarji ta’ Miriana.   

 

Ma nafx jekk din l-ossessjoni ta’ l-eks mara tieghek hijiex qed tghatti l-lacerazzjonijiet li kien hemm f’hajjitha f’dawn l-ahhar ghaxar snin.  U issa ma nafx x’se jigri wara l-mewt ta’ missierha, li kif taf int, kienet qrib tieghu hafna qabel halliet pajjizha  biex tizzewweg lilek.  Kif nahseb li tifhem, ma kienx facli ghalija li nirrinkoncilja x-xena funebri li sibt fid-dar taghha ma’ dan it-taghrif mhux mistenni (u anki mtaqqal b’certu imbarazzament) dwar il-ginekologija kosmetika.

 

Dahhaltni f’karusell tassew stramb.

 

Immaginani ghaziz Oskar, fi spazju ta’ madwar disghin minuta, filli qed inxomm ix-xemghat tal-kappella mortwarja virtwali li holqot  Miriana, filli nosserva l-atteggjament tal-qtates f’cirkustanzi ta’ luttu u wgigh emottiv qawwi u filli  qed nipprova nifhem il-proceduri biex jithaxxen il-klitori, tkun stimulata l-vagina bil-laser

u nikkalkula l-finanzi involuti f’dawn l-interventi li trid taghmel l-eks mara tieghek.

 

Irreali, habib tieghi . Irreali. U aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nikkonkludi li r-realta’ ma tezistix hlief fl-ekwazzjonijiet li jaghmel mohhna. Kemm fid-dar ta’ Miriana kif ukoll bilqieghda hemm, quddiem Krassida fil-kafeterija, nisma’ dwar it-teknika ginekologika fuq in-nisa, hassejt xi haga asenti, xi punteggjatura reali li ntilfet jew thalliet barra.

 

Hasset li f’dawk ic-cirkustanzi assurdi, in-narrativa kellha xi haga nieqsa.

Hassejt li ma stajtx nifhem il-paragrafi.  Li kien hemm bzonn xi hadd li jkompli s-sentenzi u jurini x’inhi l-punt logiku li jmiss.  Jew il-punt illogiku, il-mument l-iehor mignun.  Kien mehtieg li xi hadd li jcaqlaq il-lenti biex l-affarijiet ma jibqghux daqshekk imzellga.  

 

Ghal-lum se naghlaq hawn.

Nittama li din l-infomazzjoni toqrob lejn dak li xtaqt tkun taf.

 

Marius

 

PS. Sa certu punt, l-esperjenza taz-zjara tieghi ghan Miriana tista' tghinni fis-sagg li qed nikteb dwar ir-rabta bejn il-fenomenologija ta' Husserl u l-ezistenzjalizmu ta' Sartre ghall-konferenza ta' Lille fil-bidu tas-sena d-diehla.  Fid-dawl tat-tezi li wara kollox, l-esperjenza suggettiva hi s-sors tal-gherf kollu, inkun nista' nesponi ahjar (bis-sahha incidentali ta' Miriana) id-differenza bejn l-oggett u t-tifsira tal-oggett. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nifhem kif l-oggetti u l-avvenimenti m'ghandhomx realta' konkreta, imma biss "realta'" li tista' tkun dominata biss bil-konxju uman.  Aktar qed nifhem li r-realta' ma tristax tezisti maqtugha mill-konxju uman. Nista' nippercepixxi  il-kuntrasti impressjonati bejn mara f'burdata funerarja u x-xewqat senswali taghha.