KRISTOFF DELCEPPO
Kristoff Delceppo ghex f’rotta ta’ kolluzzjoni.
Qatt ma kien jaf liem’hu l-medju stagjonali tieghu.
Kienu jghidu li jghix fil-konfini tal-konoxxenza u kien tghallem
diversi teoriji dwar l-ezistenza: nghidu ahna dwar kif iz-zmien jirkeb fuq il-verita’
u jhabbilha.
Ir-ritmu tieghu kien wiehed pulsanti Kristoff. U kont thossu fl-ewforiji tieghu
jew tisimghu miexi fil-katakombi tal-umdita’.
Hadd ma kien jaf
Imma kien jissogra
u jpartat ix-xorti fuq l-idejn Kristoff Delceppo.
Kellu ktieb ohxon tal-episodji bi spazji apparti
jew minsugin b’kalligrafija perfetta minkejja t-turbulenzi kollha f’hajtu.
Bil-hajt irqiq kien johloq ritponti delikati
jew icappas il-hrejjef bi frazijiet terribbli u jimmarka
kull kombinazzjoni possibbli.
Kien jikteb Kristoff. Dejjem jikteb.
Hemm min jiftakru jistiva s-silg f’hobbu w ohrajn jiftakruh lil Kristoff Delceppo
liebes l-ingwanti tas-suf bil-ponot tas-swaba’ maqtughin
kontra t-temperatura tterter vjola skura.
Kien ghex bhal artist tat-trapiz Kristoff u kien ghex bhal brimba
jahdem ix-xibka fatali tieghu innifsu.
L-ahhar kitba tieghu kienet xi ftit imzelga:
U d-demm
ikun jitkaxkar kontra l-hin
U ma jkun baqa’ hadd
fil-kamra
mieghek
U thosshom jiccassaw lejk
mill-kxaxen ir-ritratti
Bhalma ticcassa
kokka ‘ndifferenti
Kristoff Delceppo qatt ma temmha dik il-kitba.
Ma spiccaha qatt.
Mario Azzopardi