KWARTETT

 

Fis-sala ta' l-istaguni mitlufa

hemm artist pupletku

jfittex l-ahhar tifsira tas-sieghat.

 

 

Fl-oqsma tal-qlub tas-silg

hemm skultur jipprova jimla l-hofor

bis-sintomi tal-mewt.

 

 

Hemm muzicist li nesa n-noti

u subghajh wehlu mat-tastiera.

Jaghmel bih in-nghas u jorqod

b'halqu miftuh,

mnejn johorgu jippassigaw l-erwieh.

 

 

Filghaxija,

meta tkun raqdet il-belt,

johrog poeta jxammem il-qamar,

bhal kelb abbandunat.