L-AHHAR DGHAJSA
Inharqu bir-rih xott l-ghelieqi kollha.
Bhal slaleb miftuqin jithabblu l-ombri
u m’ghadx ghandek l-istint li jhallik taghraf
l-inbih tal-klieb mill-eki tal-kadavri..
Tqattghet l-inforra rqiqa tal-kuxjenza.
Tghattan il-kliem
u fuqu baqghu jobzqu biss
is-sriep.
Il-hsieb
ingabar f’bocca tumuruza
hemm, fil-gerzuma.
M’hemmx aktar profeziji x’tiddeklama
u t-talb inqatel kollu
quddiem l-istatwi sofor u zvenuti,
fil-lejl ta’ meta ccartet il-purtiera
fit-tempju falz li jinnegozja
l-grazzja.
Jien qed nistenna b’sabar l-ahhar dghajsa,
tehodni lejn art ohra, fejn m’hemmx storja,
fejn
ma tridx tahzen f’rasek kmandamenti,
fejn
m’hemmx aktar orakli jqarmcu l-gideb,
fejn
ma jimtlewx bid-dud il-meded
t’artek,
fejn
aktar m’hemmx stendardi biex tarbula
u fejn m’hemmx elegiji
twal x’tivvinta.
Lulju, 2000