L-ANZJANA
TA’ SHERLAG UTSA
Kienet bil-lest it-tibdila għall-isptar.
Imgħakkra t-troffi tax-xagħar fuq it-tapit tar-raffja
U s-sigarett iwaqqa’ l-irmied
Ġisimha jitherra taħt l-aħmar oxxen ta’ difrejha w ħalqha.
Kienu għhallmuha li l-individwaliżmu ntrebaħ mill-istorja kollettiva.
Iżda baqgħet imqabbda maċ-ċelluli privati ta’ moħħha:
Kienet il-persunaġġ fil-konfront tal-eventi li qafluha fihom.
Baqgħet tiftakar kollox l-anzjana ta’ Sherlag Utsa
Qabel ħaduha l-isptar
Qabel difnuha bil-libsa sewda ‘ffjurita
Kif kienet qaltilhom jagħmlu.