L-EVALWAZZJONI TAL-KIMERI TA’ MAXIM CASTELLETTI
Kien haseb li l-anglu jtir
mat-tieqa fil-kamra fejn darba, meta
waqfu l-bombi mill-ajru, laqghuh oxxeni
kuxxtejn ommu, kien kustodju tal-wens.
Sakemm darba, mill-vicin, intebah li kien anglu
b’ghajnejh maqlughin, bla snin u halqu
jinten, gwenhajh tal-fildiferru..
Kien haseb li skopra l-qamar
u ra l-hut tal-fidda telghin ghalih, jghumu fid-dija
Pura, f’celebrazzjoni ottika.
Sakemm intebah , li kien
skopra biss ir-riflessjon, fil-bahar jgharraq kollox, indifferenti.
Kien haseb li l-lejl kien
ghall-fantasija tas-sensi, ghall-kanti erotici man-nisa li xtaq
ihobb meta jaghlaq il-bieb fuq it-tessut urban ta’ zmienu.
Sakemm ghebu x-xbihat nudi u bdew
jizeghdu minflokhom il-passi tal-kriminali mghammda u l-holm bil-kulur, kollu dmija..
Kien haseb li s-solitudni ta’ qabel
il-mewt kienet barka.
Sakemm gew il-pippistrelli, jitturnentawh bil-kapitli mcarrta jew maqbuzin ta’
hajtu.
Kien haseb li l-pistola l-antika mal-hajt, wirt solenni ta’ l-antenati,
kienet bla porvli, ma tispara qatt.
Sakemm ha l-grillu w laqtu
f’naghsu, diversi drabi, f’ghad ta’
mewtiet vjolenti.