L-GHANJA TAR-RAGEL MINN GAZA
Jien Gazan.
Rekkinni w ghasarni kemm tiflah.
Jien il-mahrub minn Axkelon
fejn darba kien hemm rahli qalb il-palm
u wasalt hawn,
Gazan habsi f'dax-xiber art
ma' niesi mrassas f'dil-bejta ta' wgigh.
Jien Gazan.
Nittawwal mix-xaqq tal-kafija
m'ghajnejja,
toqob fejn jindiehex il-lejl u jimtedd il-krib.
Nipprova ngib x'niekol mill-mini mniffda fl-art
bhal insett stordut b'nifsu jerhi;
u naf li jekk jixirfu jdejja mill-mohba
ghal kisra hobz u bieqja meraq,
int lest tahsadhomli.
Jien Gazan.
Nisimghek u narak
ittajjar l-ghasafar tal-azzar
fuq rasi
fuq ras marti u wliedi
biex toftqilna t-tama w l-orizzont.
Jien Gazan jilghaq il-feriti tieghu,
antiki bhali, bhal niesi.
Rekkinni w ghafasni w rossni
w splodi n-nar fuq rasi, fuq x'baqa' minn hajti,
int u tahlef li thassarni
minn fuq l-agenda tad-dinja.
Ross il-holm tieghi,
oftqu minn imsarnu,
imbuttali d-demm lura fil-griehi,
biex terga' tferini w toqtolni,
kompli ssikkani f'dax-xiber art,
f'dawn l-ghaxar kilometri wisgha
fl-istrixxa tal-krib u l-mewt,
tal-poema tal-luttu bla wicc u bla isem.
Jien Gazan.
Rekkinni w ghasarni f'toqba
w idrobni w ghaddasni f'demmi
w idfinni fit-trab u r-ramel,
taht il-konkrit idfinni
taht il-hadid imghawweg grottesk,
ihares lejn id-dahna tas-sema.
Jien Gazan nerhi d-demm u l-materja.
Izd'ibza' minni.
Ibza' mid-demm nervuz tieghi taht l-art,
Ibza' mill-ugigh tieghi,
minn sider marti mcarrat,
ibza' mill-agunija ta' wliedi pallidi:
Id-dellijiet tal-maqtulin taghna
ghad ipassu qalila f'raskom
jizfnu hiemda fuq ghadam uliedkom.
U fuq qabrek
ghad tinzel ix-xita tal-gurati
fl-istagun tal-gustizzja.
MARIO AZZOPARDI
31.12.2008
Malta