L-GHASSIES TAX-XIBKA
Fi Tjankej, pajjizu, kienu jghidulu L-Ghassies tax-Xibka.
Kien skoprih il-kowc Ngujen-Mui b’kumbinazzjoni. Kien qed jilghab il-ballun fil-hin tal-mistrieh ma’ shabu u l-kowc rah jilqa’ xutt wara l-iehor fuq art mimlija trab ohxon, b’mod mirakoluz. Itir, joghla, jitghawweg lura bhal huta b’sinsla tal-lastku, imattar saqajh b’seher u jintefa’ f’saqajn l-avversarji bla biza’ xejn.
U l-kowc qal: Dak l-Ghassies tax-Xibka li ghandi
bzonn ghan-nazzjonali.
U Ajman-Azu sab ruhu bejn il-lasti
tan-nazzjonali ta’ Tjankej. Sellem lil shabu tal-Fabbrika
tal-Fertilliizant u kien jaf li se jaslu
jiem meta jixtieq li jerga’ jkun
maghhom.
Xogholhom kien li jhaffru taht
is-silg biex jaqilghu it-tajn, ihalltuh mad-demel uman u jehduh bit-trakkijiet ghand il-bdiewa biex ixerrduh fuq l-ucuh tal-ghelieqi ghal prodott ahjar. Lil hafna
Kien jaf l-istejjer taghhom, wiehed wiehed. Kien jaf il-faqar taghhom, bi stejjer ta’ swied il-qalb. Bhall-istorja t’omm siehbu tal-qalb, Ax-Ikin. L-omm kienet qed tmut u bintha mardet f’daqqa bl-imxija tal-imsaren. U qatghetha li tbiegh lil bintha (kienu tawha dollaru Amerikan taghha) biex ma thallihiex tmut. Ax-Ikin kien ghadu zghir wisq biex jifhem, u meta mbarmet ommu (kif kien mistenni), la kellu lilha u lanqas lil ohtu.
Gara li Ajman-Azu sab xorti man-nazzjonali.
Kien mahbub u minnu kien mistenni hafna. Kienu jghidu li gab ir-risq u li kien imbierek mix-xemx u l-kwiekeb. U l-mexxejja ta’ Tjankej kienu saru jafu bih malajr u riedu jiffurmawh skond il-kult tal-Mexxej il-Kbir Shon Jung Kahn. Bhala msieheb important fil-progett sportiv tal-pajjiz, kienu harrguh fit-twemmin tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Azzjoni Popolari:
Imsieheb qalbieni jaf x’jiswa ghall-pajjiz. Ma jimteliex bl-ghogba tieghu innifsu jew bis-sehh
ta’ grajjiet mhux mistennija.
Ma jisbelx malajr quddiem hwejjeg li ma jifhimx ghax qalbu
tkun vasta u r-rieda tieghu qawwija.
Intant Ajman-Azu kabbar il-fama tieghu u kienet waslet is-sena tal-Gara Dinjija f’Tembisa, fl-Afrika. Kienet l-ewwel darba li Tjankej kien ikkwalifika mal-ahhar skwadri tad-dinja. Il-Gvern Central tal-pajjiz beda kampanja shiha biex iqawwi qalb il-poplu u mela t-triqat ewlenin bi bnadar kbar u kartelluni:
IL-POPLU GHAR-REBHA
TJANKEI LEST GHAL KOLLOX
TISLIMA LILL-GRUPP BL-ILWIEN NAZZJONALI
Il-gazzetti, min-naha taghhom, taw hafna prominenza lil Ajman-Zu bhala l-Ghassies Imsahhar tax-Xibka. Kienu ntervistawh kemm-il darba, anki fuq it-televizjoni
u r-radju, fi programmi mimlijin kwotazzjonijiet mill-Kult tal-Mexxej il-Kbir. Ritatti kbar tieghu, bojod u suwed, twahhlu mal-Ministeru tal-iSport u mal-arbli tad-dawl. Anki mal-Fabbrika tal-Fertilizzant twahhlu zewg ritratti. L-istennija kienet kbira. U Ajman-Azu ma deherx komdu b’dak ir-reklamar kollu.
-
Ajman-Azu baqa’ ragel umli.
-
Bniedem li jhobb
lill-pajjiz, mhux lilu nnifsu.
-
Ragel qalbieni Jinsa’ lilu nnifsu
u jaghti kollox.
-
Tassew, Ghassies bi storja kbira.
-
Ghassies mirakoluz tax-Xibka.
-
Ghandu ghaliex jaghtih
gieh il-pajjiz.
-
Wasal il-jum tal-ewwel loghba kbira ghal Tjankej fil-Konkors tal-Koppa tad-Dinja. It-tribuni kienu mimlijin sa ruh ommhom bil-bnadar, trumbettiera, damdin tat-tnabar, nies b’wicchomk mizbugh u maskerati bi lbies karnivalesk f’rashom. Hekk kif ha postu bejn il-lasti, Ajman-Azu hass dik il-folla massiva tispjuna fuqu, fuq hajtu, fuq x’halla warajh. Imma ftakar fil-missjoni favur pajjizu. Ftakar fir-ritratti tieghu mal-arbli tad-dawl u mal-hitan tal-fabbrika . U ftakar li qalbu kellha tkun vasta u r-rieda tieghu qawwija.
Kwarta loghob. L-ghajjat tal-ispettaturi kien itarrax. It-tnabar kienu f’fermezija. Il-kuluri tal-bnadar kienu jghammxu.
Ajman-Azu johrog bil-ponn ghall-ballun. Joghla sular fuq ras kulhadd u jahtaf il-ballun donnu kien id-destin tieghu u ta’ pajjizu. L-arena tisplodi.
Ajman-Azu jivvjagga min-naha ghal-ohra tax-xibka maqtugh metru mill-art. Il-Gwardjan tax-Xibka f’miraklu iehor li jgennen aktar it-trumbetti u t-tnabar.
Ajman- Azu wahdu, lest ghall-avversarju. Kollox jidher impossibbli. L-avversarju gej lejh bhal vlegga mignuna, bil-ponta. Imma l-Ghassies tax-Xibka jixtehet bhal bhima feroci f’saqajn il-miratur u jahtaf il-ballun u jibqa’ ma jiccaqlaqx. Imbagha iqum bil-mod u l-arena terga’ tisplodi bl-ghajjat u l-hsejjes.
Fl-intervall Ajman-Azu jkun l-eroj u shabu jghannquh u jbierku fih.
Jibda t-tieni nofs.
Dillierju madwar l-arena u jerghu it-tnabar u t-trumbetti, jerga’ l-karnival.
U quddiem ix-xibka, Ajman-Azu jibda jara l-kuluri jizzellgu. Il-bnadar isiru ghasafar kbar jizvelaw hajtu. Il-maskri jahbu spirit mqallbin u hajjiena li jfakkruh x’halla d-dar.
Jew x’ma halliex, ghax martu kienet telqet u harbet x’imkien li ma jafx fejn. U beda jara lil ibnu Sun-Xi, man-nanniet, ghoddhom maghtuba u mkemmxin bil-hajja.
L-arena mignuna.
Ajman-Azu jilmah il-ballun gej f’gholi ta’ sular. Jarah itir lejh, segwit mill-ispirti l-hziena. U johrog bil-ponn u ma jolqotx u l-ballun jinvadi l-ispazju projbit
u l-Ghassies ifalli.
Imbaghad jara balloon iehor gej bil-velocita’ ta’ kanun tal-gwerra l-antika li kien qara dwarha fil-kotba tal-istorja u jtir u jerga’ jfalli.
U jerga’ ma jilqax it-tielet ballun fatali.
U issa l-maskri fl-arena kollha jittrasformaw ruhhom. Il-fattizi ta’ maskeruni kbar jitghawgu u mbaghad ikollhom wicc martu Chai-Len, jidhqu u jizzuffjettaw bih. Il-hoss jinbidel f’kor selvagg jikkundannah ghall-mewt.
U jkompli jizzelleg kollox u Ajman-Azu jara x-xbiha t’ibnu, bid-dmugh f’ghajnejh. Dmugh tal-borra maghquda, li donnu qed jahsibha jinhallx.
Jara r-ritratti mal-arbli tad-dawl jiccartu u l-gurnalisti f’pajjizu jtaqqbu l-mistoqsijiet f’mohhu u f’qalbu. U martu l-mahruba titbissem f’ritwal ta’ ‘nkejja u ’ndifferenza. Forsi lanqas ghadha fil-pajjiz.
JISBAH L-GHADA FIL-LUKANDA FEJN ALLOGGJA L-GRUPP TELLIEF TA’ TJANKEI.
Zewg tahbitiet mal-bieb tal-kamra t’Ajman-Azu. Tliet tahbitiet fuq in-numru 49. Wahda aktar qawwija mill-ohra.
Xi hadd igib cavetta zejda minghand il-purtier.
Malli jinfeth il-bieb Ajman-Azu jidher inkwadrat fuq pultruna , bix-xemx warajh. Nofs siluwett artab u konfuz.
Il-pultruna hamra.
Il-polz ta’ jdejh tax-xellug ahmar ukoll. U l-ahmar jizzerzaq mal-art, u jasal kwazi sal-bieb tal-kamra.
Serp li donnu qed idahhan u jrid igedwed xi haga muta.
F’idu l-ohra Ajman-Azu ghandu ritratt t’ibnu u fuq il-wara tar-ritratt messagg:
Ibni.
Ghaziz Sun-Xi…
Ahfirli. Missierek m’ghandux aktar
x’jghasses.
Ix-xibka mcarrta kollha.
U mal-ewwel
xita tal-istagun fi Tjankei, ix-xbihat t’Ajmam-Azu mal-arbli tad-dawl, imcarrtin u mitfijin, kienu ghadhom iperpru
fir-rih.
TMIEM