L-GHARQA FINALI
Hareg mal-grigall
bl-estwarju drammat’ku tas-sema
fuq rasu
u lsien tan-nar
jilghab ma’ qalbu,
ghax fjamm’ardenti kulma kellu
kontra r-rih u l-bahar jibla’.
Xiegher mahnuq it-tajr ta’ l-ilma
hekk kif rah jinzel fl-ilmijiet bla skupli.
Mill-ilma l-blatiet tal-qawwi,
hotbin ghakka telghin mir-raghwa,
stuzi w inkoxjenti,
lebsin l-ombra tat-tniebri mxarrba,
bi xdieq karniv’ri qodma.
Thabat u ssabbat fl-ilma,
tiela’ w niezel mal-kurrenti,
jahbat mal-pettijiet,
jittaqqab taht il-mewg imherwel.
U f’qalbu l-fjamma
tipprova tkompli tixghel
minghajr motiv futur
kontra t-terrur
kontra l-irjieh vjolenti
kontra l-assalt tal-blat
tiela’mill-ilma biex icarrtu.
U fil-mument ta’ l-ahhar gharqa,
hu jsir ir-rih
u l-bahar,
u bl-ghelubija safra tieghu
jingasta fit-twerziq tat-tajr migruf,
bl-organi joqtru.
Isir l-ghasfur ferut u mrieghed
li jzigg ghall-fjamma persistenti
fil-lejl ta’ l-irzih terribbli
fil-lejl ghammieq tas-sagrificcju.
Mario Azzopardi
Novembru 2006