L-INTERROGAZZJONI

 

Issa għamlu tagħhom il-kumplotti.

Ġismek jgħix l-impotenza taribelljoni li tħarbtet.

Li ġiet ittraduta.

Iżda int tipprova tippersisti.

 

Fl-art tal-eżilju tiegħek  jinbidlu s-siġar f’medusi

joborxu ċ-ċlampu tas-sema sa jinstilet l-ilma tad-demm.

L-għeruq jitilgħu għal kuxxtejk imbagħad għal qalbek

tħabbat ritmi mġienen.

U ruħek tipprova twaqqaf it-temp.

Twaqqaf l-episodji waħxin tas-sonnambuliżmu tiegħek.

 

U int tkompli tippersisti: Tipprova tikkumbatti ‘l-entropija.  Tipprova tinterroga lilek innifsek

dwar fejn tħabblu l-linji paralleli.  Dwar x’marlek żmerċ.  Dwar f’liema lejl mis-sema bdew

jaqgħu f’saqajk l-ewwel stilel bħal snien tabhejjem morda.

 

 

 

Mario Azzopardi

17.11.11