Ghaziz habib tieghi, Marius,
Nigi mill-ewwel ghall-punt krucjali ta’ l-ahhar messagg elettroniku tieghek.
Dwar Santer del Fiore m’ghandix ahbarijiet sbieh wisq. Wahda mill-infermieri, habiba antika tieghi li ltqajt maghha l-gimgha li ghaddiet fil-Kafe’ Pultovski, gharrfitni li kien trasferit ghas-Sanatorju ta’ San Disma u qed ikun ikkurat f’izolament strett.
Tkellimna fit-tul u tatni certu dettalji li hadt nota taghhom bil-miktub.
Sa issa, l-aghar krizijiet fil-qaghda ta’ Santer kienu paralizi funzjonali, depressjoni intensa u xi incidenti ta’ allucinazzjoni. Izda issa l-affarijiet iggravaw sew.
Mill-isptar fejn kien rikoverat dan l-ahhar, del Fiore spicca
hazin, marbut f’gakketta tal-forza wara li attakka tabiba Pollakka
sesswalment. Ipprova jehodha
Kif taf int, l-ossessjoni bis-sesswalita’ issa ilha li hakmet lil Santer ghal dawn l-ahhar tliet snin jew aktar. Fil-bidu, ilkoll kemm ahna hsibna li qed jesprimi din il-manija f’parametri akkademici. Konna hsibna li Santer del Fiore sata’ jfisser it-teoriji dinamici tieghu dwar il-logos u l-eros f’qafas intellettwali. Kellu bzonn jirkupra l-awto-stima tieghu wara li geghluh jirrizenja mill-Fakulta’ ta’ l-iStudji Umanistici. L-infermiera qaltli li fl-isptar ta’ qabel, fil-kompjuter sabulu merfughin diversi pagni dwar ir-rabta bejn il-qtates u n-nisa; il-kult ta’ l-esebizzjonizmu tal-vagina; il-prattika tat-tokudashi f’Tokjo u Kjoto u r-ritwali simili ta’ l-ana-suromai fil-festival religjuz tal-Griegi tal-qedem. Sabulu wkoll zewg statwetti, riproduzzjonijiet tat-terrakotta, x’aktarx mill-Muzew Britanniku, juru nisa b’saqajhom miftuhin, b’idejhom fuq il-vulva.
Fil-kumpjuter instabu anki bcejjec ta’ dokument dwar
ir-relazzjoni ta’ Nietzsche man-nisa, b’referenza partikolari ghal passaggi
Izda l-affarijiet dehru li kienu differenti milli hsibna
ahna. Minbarra l-bcejjec filosofici dwar
Nietzsche u s-sesswalita’, fuq il-mejda ta’ Santer del Fiore, imgezwrin f’borza
sewda tal-plastik, l-infermieri sabu diversi kotba ta’ pornografija pura,
fosthom Maria Monk, il-grajja ta’
soru novizza li timbaram fil-vizzji eccessivi u sadici li jsehhu fil-kunvent
ta’ Cadiere, taht il-kontroll ta’ certu sacerdot ta’ mezz’eta’, Pere
Beaumarche. Volum iehor li nstab ghand
del Fiore jiddokumenta l-istorja tal-lesbjanizmu,
Vendetta raffinata tar-ragel Amerikan kontra
l-kultura tal-matriarkizmu ta’ l-ispeci qattiela, b’passaggi eccitanti ta’
flagellazzjoni bejn in-nisa nfishom.
Letteratura ohra misjuba
fil-pussess ta’ Santer tinkludi l-grajjiet ta’ konkubina masokista, rakkuntati
…the original associative link
between a man’s libido and dsfects of beauty are quite unknown to the patient.
Mill-konversazzjoni twila li kelli fil-Kafe’ Pultovski sirt
naf li tlitt ijiem jew erbgha qabel l-assalt fuq it-tabiba, Santer del Fiore
kien qed ikun, alternattivament, fi stat
ta’ skantament u stat konfuzjonali. U
lejlet l-episodju Santer, b’dizinvoltura
kbira, neza’
Ta’ interess estetiku stramb kienu d-disinji li nstabu
mwahhlin fil-kamra ta’ Santer.
-
Bhal farfett bil-gwienah miksurin, nissajja fil-hogor
niedi tal-bir profond.
-
Jekk ninzel fl-abbiss forsi nasal sal-kwiekeb.
-
Se nidhol nipprovoka lid-destin tieghi fil-hofra
mqaddsa.
-
Bhal prigunier mitluf wara l-ezilju, se nissogra
s-suwicidju fi hdanha.
Mill-aspett letterarju, forsi l-aktar fattur interessanti
tal-manija sesswali li zviluppa Santer del Fiore, ghandu x’jaqsam ma’ dawk li
beda jsejhilhom Vulvati flagranti
bil-Poezija Digitali . Dawn huma
serje ta’ collages, arrangamenti bi
tqasqisiet ta’ stampi
Intant, il-muntaggi li Santer del Fiore holoq bl-immagini u l-kliem mill-posta elettronika jinkludu t-tkabbir tal-peni, kross-dressing, irbit u dixxiplina, fellatio, cunnilinctus, sado-masokizmu, voyeurizmu u feticizmi mixxellanji. Kellu wkoll katalgu zghir tal-webcams u l-indirizz ta’ sit f’Los Angeles, jismu Sex & Swinger Personal Site, fejn membri nisa esebizzjonisti jilaghbu bejniethom quddiem il-kamera.
Ippruvajt niftakar kulma naf sal-lum, ghaziz Marius. Minbarra li xtaqtek tkun infurmat dwar
il-qaghda mentali ta’ Santer del Fiore skond kif tlabtni, jista’ jkun li dan
it-taghrif jiswielek ghall-istudju li qed taghmel dwar l-arketipi u l-kuncett
ta’ l-anima u l-animus f’sens postmodern.
Incidentalment, dwar l-arketipi, Santer kien osservali, madwar sitt xhur
ilu, li jaqbel ma’ l-ideat ta’
Jekk ikolli aktar taghrif, nghaddihulek minnufih. Sadanittant, ejja nittamaw li sehibna Santer ma jibqax jimbaram fil-vortici implakabbli tal-harifa ta’ hajtu.
B’xewqat mill-qalb, bhal dejjem,
Walter.