L-INTERFERENZI
Puntwali l-hsibijiet jiccirkulaw
bil-liturgija taghhom.
U jien
li llum htart lili
nnifsi eremit
minghajr ma hadd
jinduna
qed nimmarka
l-istejjer imqallbin
li ghext
fil-belt irreali.
Nannota kollox ghar-ricerkaturi.
Tirannici
l-interferenzi
jinfestaw l-iljilei
tieghi
fejn dari il-farkizzan
tal-gost tan-nisa
f’soddti
w theddilt ghaxi
f’hogorhom.
Itaqqbuni
l-interferenzi
bhal spini nfettati
tal-hut
li tkaxkar mejjet fuq ix-xatt
kif mietu l-imhabbiet
li ma rendewx
hlief hrejjef niexfa.
Ma jkejjilx biss
is-sighat l-arlogg izd’anki x-xorti
u m’hemm mank poezija
tiddispena t-terrur imnissel
fi tfuliti quddiem statwi
mimlija pjagi w dmija
bit-tharhir taghhom jithaxken
man-navi
ghad-dawl tax-xemgha
waqt is-siegha tan-novissmi
u l-uffizzju
tal-mejtin
Dies irae dies illa
Solvet saeclum in favilla:
Teste David cum Sibylla
Mas-saqaf imrieghda l-grafologija:
l-eqqel sentenza kontrija.