-------------------------------------------------------------------
L-ISTORJA TA’ JAHWE – PROFETA TAT-TRIQ
Bcejjec sparpaljati,
f’ghamla ta’ xenetti jew
monologi ta’ testimonjanza,
IN-NARRATUR: Naturalment,
tista' tiehu lil
dan Yahwe l-Galilew
biex tinterpretah
Imma qed nirromanticizza wisq u qaluli biex nibqa' newtrali. Insomma, ghaliha Jaywe kkundanna lilu nnifsu. Forsi
ghax kien gust jew ghax
kien infantili. Ma' dawk l-assassini Rumani u ma' dawk is-sriep xjuh tat-Tempju ta' Salamun ma stajtx tkun onest izzejjed, ghax iwahhluhulek.
Aqraw is-7 Kapitlu tal-Ktieb ta' Daniel u taraw li Yahwe, quddiem is-Sacerdot il-Kbir (immaginaw ftit) jghid li hu l-Messija.
bin Alla l-Imqaddes
u jibda jiddeklama dwar
l-id il-lemija t'Alla u s-shab tas-smewwiet.
Gennata. Hatar lilu nnifsu il-logottenent t'Alla u l-Qassis tkun se ttih puplesija u jibda jghajjat li Yahwe midghi u jehtieg imut biex ipatti ghad-dnub fahxi.
MARIA
XHUD GHALL- PROSEKUZZJONI: Jahwe kien
wasal f’Kafarnaum mal-ggajta tieghu
fil-jum tas-Sibt u dahal
fis-sinagoga u beda jitekellem tqil u jghid
li se titwaqqaf is-saltna
t’Alla mal-gnub tal-Gordan, jekk
fhimtu sew, jew f’Gerusalemm, ma nafx ezatt,
ghax lili kien
qed joghrokni x-xitan
dakinhar. Ix-xitan kien joghkorni l-aktar fis-seba’ jum, bhal dakinhar, u daqqa habbatni mal-hitan u daqqa’ gerbibni fit-tajn bhal kelb imherwel. Jahwe
rani nitkaghweg u resaq
lejja u jien bzaqtlu
u x-xitan ta’ fija qallu:
X’gejt taghmel ‘l hawn
Jahwe bin Alla u xi trid minghandna?
Imbaghad kif qal hekk…
PROSEKUTUR: Jigifieri
qed tghid li
meta bzaqtlu beda
jkellmu x-xitan?
XHUD GHALL-PROSEKUZZJONI :
Hekk hu, beda
jghajjat
PROSEKUTUR: Jigifieri
xi hadd sejjahlu Mqaddes
bin Alla?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Ix-xitan…
PROSEKUTUR: Xi hadd
sejjahlu bin Alla?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Hekk hu.
PROSEKUTUR: Huh u x’qallu,
x’wiegbu?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Min?
PROSEKUTUR: Jahwe.
X’qallu Yahwe, x’wiegbu lix-xitan?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Qallu
jiskot.
PROSEKUTUR: Dwar
bin Alla x'qallu?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Xiex
x'qallu?
PROSEKUTUR: Qallu li hu bin Alla,
merieh, x'ghamel?
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Ma qallu
xejn fuq hekk,
la merieh u lanqas ma merihx. Ma qallu xejn
fuq hekk, imma
resaq lejja u mbaghad...
PROSEKUTUR: Daqshekk
bizzejjed. Tista’ tohrog.
XHUD TAL-PROSEKUZZJONI: Imma ridt
nghid ukoll…
PROSEKUTUR: Tista’ tohrog. Hawn,
MARIA
Jahwe
kien igeghilni nhossni mara specjali. Niftakar darba konna ghad-dell tas-sigar taz-zebbug fl-ort il-kbir u ghamel bija n-nghas. Ma nafx kemm domt rieqda:
- Bik in-nghas hux, Magda?
- Dal-lejl ma tantx irqadt. Kelli hafna
thewdin.
- Dwar xiex?
- Ma niftakarx fid-dettall: imma niftakar
ghasafar kbar b’wicc ta’ trabi,
bil-gilda mnixxfa.
- Thewdin bhal dak jaf jidhol
f’mohh kulhadd.
- Hekk tahseb jahwe?
- Ikun wasal l-istagun tat-thewdin.
- Ahjar ma jkollix hsibijiet bhal dawk, Jahwe.
- Xtaqt nghidlek xi haga dwarek.
- Xiex?
-
Hekk kien ikellimni. Lit-tarbija li twelditli semmejtha
ghalih, Jesuhel. Jekk nghid daqshekk dwari u dwaru jkun bizzejjed. Ma nhossx li ghandi nghid aktar.
PONZJU PILATU: Issa x’il-qahba rega’ nqalaghlhom? Ghaz ma jmorrux
jitnejku huma u s-Sanhedrin taghhom u l-Arka tal-Patt
u z-zeloti u l-imgienen u l-fanatici li
ghandhom jigru ma’ saqajhom! Jahsbuni r-ruffjan
tal-Gudea, tarax! Nirrahom jitqarqcu
bil-pestilenza! Mohhhom ghandi, ghodu
ghodu, bil-mara regghet
tnixxi d-demm u thewden li
qed
Lanqas erbat
ijiem qabel il-Haruf
m’ghandhom kwiet f’sormhom! U min hu daz-zelota gdid? Jew profeta iehor imcercer, x’il-qahb’ hu?
Ghax ma haduhx barra l-belt u haggruh hdejn il-latrini?
IN-NARRATUR:
U kelli ragel wiehed u ma kontx
nafu f’gismu ghax
nissilt b’seher u staghgib.
U qabel jinzel it-ull
tal-mewt nista’ ninkiteb fis-setta
tal-Esseni, dawk li wicchom
mixrub u jithaddtu
mal-profeti fil-btiehi fejn ifejqu
bil-hwawar u l-hagar imsahhan. Ibni Yahwe
kien igibhom lil
dawk in-nies u jien
naghti xhieda.
Hawnhekk kien hawn dak li
jidher il-framment finali, li bih
jaghlaq id-dramm.
Ma kienx hemm djalogu imma
kien hemm biss deskrizzjoni direttorjali, li se nirripproduci hawn:
Fis-sema jibda jingema’ shab tqil
u r-raghad ikarwat mill-boghod. Fin-nofs tal-palk
hemm imdendel bi hbula hoxnin gisem
Jahwe, bejn sema u art. Is-sema
jkompli jiswied u r-raghad jitqawwa. Hemm biss dawl centrali fuq il-gisem
gharwien ta’ Jahwe.
F’hin minnhom ras Jahwe taqa’
‘l quddiem u
Id-demm jiccarcar
ma’ gisem Jahwe ghall-qiegha tal-palk, imbaghad jimxi lejn ir-ribalta u jibda jersaq lejn
il-platea, lejn il-pubbliku.