L-ISTORJA TA’ JAHWE – PROFETA TAT-TRIQ

 

 

Mario Azzopardi

 

 

 

Bcejjec  sparpaljati,  f’ghamla ta’ xenetti jew monologi ta’ testimonjanza, minn dramm li ghal diversi ragunijiet qatt ma ttella’ fuq il-palk. Nota li nstabet fost il-frammenti kienet tghid li l-partijiet tan-nisa jistghu jinhadmu mill-irgiel u vici versa. Nota ohra telenka diversi testi, possibilment is-sorsi tad-dramm, fosthom Kristu bhala Ikona Psikadelika (1969) ta’ Lorraine de Poncele; Testi Sagri Sigrieti:Jahwe fil-Kuntest tal-Qumran u l-Kult tal-Essenin (1971) ta’ Henry M. Schiller-Pritt; Is-Sesswalita’ ta’ Kristu, Ribell Relutttanti (1973) ta’ Patricia Lynn Shindler; Kristu, il-Kozmologija u s-Sesswalita’ (1976)  ta’ Norman Saint Claire u Christine Deutsche-Crohn;  L-Essenzjalita’ Socjo-Politika ta’ Jahwe l-Galilew, Xewwiex u Martri (1980)  ta’ Rupert Dawson u Mark Engelbert u Maria Maddalena u l-Legat Messijaniku f’Dawl Postmodern (2000)  ta’ Rufus Todd u Clarissa Bottigilieri.  

 

Hawn taht il-bicciet qed ikunu riprodotti fl-ordni li nstabu, li m'hix necessarjament l-ordni logika.

 

 

 

 

 

Il-Joker:   Naturalment, tista' tiehu lil dan Jahwe l-Galilew biex tinterpretah minn diversi angoli.  Nghidu ahna mill-aspett letterarju, ghax kellu l-vibrazzjoni ta' poeta tat-triq. Fih studju letterarju.  Kif kien osserva fis-seklu li ghadda l-analista Gerard Bessier (u ma rridx li tahsbu li qed inkun tekniku zzejjed).  Jahwe kellu stil partikolari.  Sentenzi qoxra, hila narattiva, bilanc u paralellizmi, xbihat lucidi, insomma, metodu letterarju fluwidu, incisiv.  Kien poeta tat-triq, ghax it-triq kien jafha sew.  Il-hajja tat-triq kienet il-parabbola perpetwa ta' Jahwe U jekk tippermettuli nikkwota lil Pasternak dwar il-liberta' poetika ta' Jahwe:  ikkuntrastaw il-prezenza ta' Jahwe mad-deheb u t-tizjin vulgari ta' Ruma imperjali - arawh miexi fit-triq lil Jahwe, bl-ilbies hafif tieghu, bil-provincjalizmu ta' Galilew, la jara allat u lanqas sacerdoti, imma jara lill-bniedem, lir-ragel, lill-mara, lit-tfal.  Muzicist tal-umanita' kien Jahwe.

 

Imma qed nirromanticizza wisq u qaluli biex nibqa' newtrali.  Insomma, ghalija Jahwe kkundanna lilu nnifsu.  Forsi ghax kien gust jew ghax kien infantili. Ma' dawk l-assassini Rumani u ma' dawk is-sriep xjuh tat-Tempju ta' Salamun ma stajtx tkun onest izzejjed, ghax iwahhluhulek.  Aqraw  Kapitlu 7 tal-Ktieb ta'  Daniel u taraw li Jahwe, quddiem is-Sacerdot il-Kbir (immaginaw ftit) jghid li hu l-Messija. bin Alla l-Imqaddes u jibda jiddeklama dwar l-id il-lemija t'Alla u s-shab tas-smewwiet. 

 

Gennata.  Jahtar lilu nnifsu l-logotenent t'Alla u  lis-Sacerdot tkun se ttih puplesija u jibda jghajjat li Jahwe midghi u jehtieg imut biex ipatti ghad-dnub fahxi.  

 

 

 

MARIA MINN MAGDALA:  Jahwe kien inikkittni.  Inkikkitni bhala mara li habbitu. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar kont inhoss li riesqa fuqu ajkla kbira  mghaddma, lesta ghall-priza.  U kont noholmu dejjem gharwien u mdendel mill-forka.  U meta kont nghidlu xi haga, kien ibusni hafif u ma jghid xejn.  Il-bews tieghu beda jkollu toghma ta' demm.

 

 

 

XHUD GHALL- PROSEKUZZJONI:    Jahwe kien wasal f’Kafarnaum mal-ggajta tieghu fil-jum tas-Sibt u dahal fis-sinagoga u beda jitkellem tqil u jghid li se titwaqqaf is-saltna t’Alla mal-gnub tal-Gordan, jekk fhimtu sew, jew f’Gerusalemm, ma nafx ezatt, ghax lili kien qed joghkorni x-xitan dakinhar.  Ix-xitan kien joghkorni l-aktar fis-seba’ jum, bhal dakinhar, u daqqa jhabbatni mal-hitan u daqqa’ jgerbibni fit-tajn bhal kelb imherwel.  Jahwe rani nitkaghweg u resaq lejja u jien bzaqtlu u x-xitan ta’ fija qallu: X’gejt taghmel ‘l hawn Jahwe bin Alla u xi trid minghandna?  Imbaghad kif qal hekk…

 

PROSEKUTUR:    Jigifieri qed tghid li meta bzaqtlu lil dan Jahwe, beda jkellmu x-xitan?

 

XHUD:  Hekk hu, beda jghajjat minn qigh l-istonku tieghi ix-xitan u qallu: Jewwilla int gejt biex teqridna ja Mqaddes bin Alla?

 

PROSEKUTUR:    Jigifieri xi hadd sejjahlu Mqaddes bin Alla?

 

XHUD:  Ix-xitan…

 

PROSEKUTUR:   Xi hadd sejjahlu bin Alla?

 

XHUD TAL-PROSEKUZZJONI:    Hekk hu.

 

PROSEKUTUR:   U hu x’qallu, x’wiegbu?

 

XHUD:  Min?

 

PROSEKUTUR:    Jahwe.  X’qallu Jahwe, x’wiegbu lix-xitan?

 

XHUD:  Qallu jiskot.

 

PROSEKUTUR:  Dwar bin Alla x'qallu?

 

XHUD:  Xiex x'qallu?

 

PROSEKUTUR:  Qallu li hu bin Alla? Merieh, x'ghamel?

 

XHUD:  Ma qallu xejn fuq hekk, la merieh u lanqas ma merihx.  Ma qallu xejn fuq hekk, imma resaq lejja u kellu ghajnejh qishom fjammi u mbaghad...

 

PROSEKUTUR:  Daqshekk bizzejjed.  Tista’ tohrog.

 

XHUD:  Imma ridt nghid ukoll…

 

PROSEKUTUR:  Tista’ tohrog.  Hawn, minn hawn. Ghaddi minn hawn.

 

 

 

MARIA MINN MAGDALA: La rrid nikkomprometti lili nnifsi u wisq inqas lilu.  Ghalija kien sar ir-ramel u l-melh u l-ilma ta' hajti. Jien naqra kollox f'ghajnejh u hu f'ghajnejja. Hekk kien jghidli.  Kien jaf li tqila mill-ufficjal Ruman.  Staqsejtu nistax insemmi lit-tarbija ghalih, Jesuhel.  U hekk ghamilt.  Jekk nghid daqshekk dwari u dwaru jkun bizzejjed. Ma nhossx li ghandi nghid aktar.  

 

 

 

PONZJU PILATU:   Issa x’il-qahba rega’ nqalaghlhom?   Ghax ma jmorrux jitnejku huma u s-Sanhedrin taghhom u l-Arka tal-Patt u z-zeloti u l-lunatici w il-fanatici li ghandhom jigru ma’ saqajhom!  Jahsbuni r-ruffjan tal-Gudea, tarax!  Nirrahom jitqarqcu bil-pestilenza!  Mohhhom ghandi, ghodu ghodu, bil-mara regghet tnixxi d-demm u thewden li qed tara l-istatwi tal-irham jixxaqqu u minnhom hergin gremxul b’zewg irjus u zewgt idnub!  Ghax jien qieghed tajjeb minn kullimkien, ukoll.

Lanqas erbat ijiem qabel il-Festa tal-Haruf m’ghandhom kwiet f’sormhom!  U min hu daz-zelota gdid?  Jew profeta iehor imcercer, x’il-qahb’hu?  Ghax ma haduhx barra l-belt u haggruh hdejn il-latrini?   

 

 

 

IL-JOKER:  Meta semghuh iwerzaq li ruhu hierga u meta raw li m’ghadux jiehu nifs, nizzluh minn fuq is-salib u tawh f’hogor ommu li kienet baqghet hemm, tarah jagonizza bejn l-art u s-shab jigma’.  Imbaghad naddfuh u dilkuh u difnuh f’sepulkru gdid.  U hemm bdiet il-kontroversja kollha.  Kien miet jew ma mietx?  Kienu lluppjawh u mbaghad ghadda l-hin tal-velenu?  Serquh?  Harrbuh lejn Ruma?  Ghex sa sebghin?  Spekulazzjonijiet u stejjer kemm trid.  Fosthom dik li  Jahwe  harab lejn l-Egittu, indiehes mas-sacerdotessa t’Isis, stednietu ghall-wiehed mill-kungressi sesswali taghha u fil-mument tal-ghaxwa ddikkjara b’lehen gholi: Hawn jien!  Irxutat!

 

 

 

OMM JAHWE:    Issa ghadda sew iz-zmien minn fuqi u wasalt fit-targa tat-tmiem snini bhala mara.  Imnissla minn seba’ w ghoxrin generazzjoni jien, u nasal lura sa David u Jahwe kien jasal lura s’erbatax, s’Abram il-Patriarka kien jasal.   Izda dak taghrif  ghall-istorja.  Dwari nista’ nghid li jien l-armla ta’ mastrudaxxa u omm l-imsallab tal-Galilea.  Omm l-inkurunat bix-xewk jien, omm l-imzeblah min-niesu u mill-ghorba hakkiema.   U kelli ragel wiehed u ma kontx nafu f’gismu ghax ittaqqalt u nissilt b’seher u staghgib, bhalma n-Natura-Omm titghammar mix-xita.  U qabel jinzel it-tull tal-mewt fuqi nista’ nghid xi haga fuq l-Essenin li jghixu qrib ix-Xatt tal-Punent,  dawk li wicchom mixrub u  jithaddtu mal-profeti fl-gherien fejn ifejqu bil-hwawar u l-hagar imsahhan.  Ibni Jahwe kien igibhom lil dawk in-nies u jien lesta naghti xhieda dwar x’kien jghidli dwar dawk l-irhieb.

Dwari u dwaru ma tafux kollox.  Xi darba ghad nghid.  Yahwe kien emigra.  Kien sar nomadu tat-triq u bilkemm kont narah. Imma meta jqatta’ jumejn id-dar kien jghidli hafna xorti.  U drabi ohra ma kien jghidli xejn, lanqas kelma wahda.         

 

 

 

GUDA S-SIKARJU:   Irid jara x’se jaghmel ir-Rabbi.  Jara liema direzzjoni se jiehu.  Ghad jghidu li ma kontx nemmen li kien il-Messija.  Jghidu li jridu.  Imma mhux jinduna x’hemm lest ghalih jekk se joqghod  izeggeg  b’dal-hafna diskors dwar saltna tas-smewwiet u mhux saltna.  Se jinhexa minn kullimkien, ha nghidilkom.  Jien ghandi skribi li jtarrfuli kelma jew tnejn minn taht.  U jghiduli kif qeghdin lesti ghalih il-qassisin.  Jafu li ghandu l-hbieb fost l-Essenin izda jghidu li d-diskors kollu tieghu fuq l-imhabba hu skorca hoxna u makakka, ghax irid ikeskes lill-poplu kontra taghhom.

 

U min-naha l-ohra, ghar-Rumani saltna wahda hemm, bit-tron imperjali f’Ruma.  Issa jew jerga’ jdabbar rasu lejn il-Galilea r-Rabbi, u jaghlaq halqu, jew jaqbad is-sejf u jghidilna:  Issa!  Imma jrid jara x’irid. Jekk irid iwaqqaf in-nazzjon t’Israel irid jitkellem minghajr il-haga mohgaga. Lili jsibni fuq quddiemnett, mieghu sal-ahhar.  Imma jekk irid xort’ohra, jitkellem car, mhux bil-hrejjef u l-poezija.  Hafna qablu tkellmu dwar is-smewwiet u bil-poezija, u bqajna skjavi.     

 

 

 

RAGEL MILL-QUMRAN:   Meta nezzghuh biex isallbuh, zewg suldati Rumani mxahhmin mill-Essenin u minn xi whud fis-Sanhedrin li ma ridux lil Yahwe jinqatel, riedu jisquh inbid qares imhallat bil-velenu,  Riduh jintilef minn sensih u jmut malajr, minghajr aktar tbatija ghalxejn.

Jahwe ma riedx jixrob.

Izda mbaghad fuq is-salib ghamel bih l-ghatx u s-suldati sqewh it-tahlita li kien irrifjuta.  Dahal f’penombra ta’ realta’ u irrealta’ u deher icedi l-ispirtu ghal kollox, fid-disa’ siegha.    

Meta nizzluh mill-forka tawh ftit f’idejn ommu li bkietu bl dmugh ghax dmugh ma kienx fadlilha, u mbaghad garrewh ghall-qabar.  Il-grajja li smajna f’Qumran tghid li Yahwe ma kienx mejjet.  Il-mixtrija kienu tawh velenu li jadem ghal certu hin. U fis-sepulkru stejqer mill-velenu u tharrab lejn Ruma.  Maz-zmien, kif smajna, ma baqax jistahba u beda jidher ‘l hawn u ‘ hinn, jitkellem dwar il-haqq u s-sewwa.  U sar maghruf bhala Justus, il-Gust.  Imbaghad beda jeghja u marad bil-pressjoni tad-demm u z-zokkor, izda ghajnejh jghidu li baqghu li kienu, daqqa liezma u daqqa qliel u mkebbsin.

 

 

 

SATANA:   Lili nsew isemmuni fl-episodju tal-Golgota, il-post fejn isehhu s-sentenzi, hemm, fuq l-gholja tal-kranju tal-mewt.  Dahhlu d-dettalji kollha fit-testi sagri: is-slaleb, l-imsiemer, l-isponza bil-hall, l-iskrizzjoni tal-kundanna bi tliet lingwi u sahanistra s-suldati ta’ Ruma jilaghbu ghal-libsa ta’ Jahwe bix-xorti.  U lili nsewni. Imma jien kont hemm, u Jahwe kien jaf li kont hemm, anki fid-dellierju tieghu, fil-kronaka li bdiet ghaddejja minn quddiem ghajnejh, hu u jonqoslu n-nifs.  Kont jien li ntasart fl-ugigh u d-disperazzjoni  tal-kriminal mislub mieghu u sfidajt lil Jahwe jnizzilna minn fuq is-salib.  U kont jien li nghafast fil-gargi ta’ bin il-Bniedem u ghajjatt biex tismaghni d-dinja: 

Alla tieghi! Ghaliex tlaqtni?   

U dik l-ghajta, dik il-karba ghadha tidwi madwar il-pjaneta: il-karba tal-imgewhin, tan-nisa jidfnu lit-trabi-skeletri fir-ramel, tas-suldati moribondi bid-dubbien f’halqhom, tal-morda bil-kancer terminali f’rashom jew f’imsarinhom:  Alla!  Ghaliex abbandunajtni?

 

 

 

GUDA S-SIKARJU:  Naf x’qed tahsbu.  Qed tahsbu li Yahwe d-dawl u jien id-dlam.  Jien Kajin u Yahwe, Abel.  Tahsbu li jien il-qahhab, il-mercenarju, il-hattaf tal-flus,

l-ghadu tieghu.  Tahsbu li ma nafx mnejn jislet il-kliem ir-Rabbi, liema siltiet minn Zakkarija?  U tafu x’jghid Zakkarija dwar l-infid u l-mewt?  Ma tafux, ghax storduti ticcassaw lejh u toghxew taraw in-nies tigri warajh biex jaghmel is-sharijiet.   Intom x’tafu: x’tafu dwar kif ikellimni lili meta nkunu wahedna, inhares lejn ghajnejh  u nahsibhom kwiekeb iduru fl-iswed karg u vojt tas-sema, iduru fuq il-fusien taghhom, fix-xejn?  X’jaghmel minghajri r-Rabbi, minghajri li jista’ jghid  mieghi dak li qatt ma jista’ jghid lilkom, ghax il-hniek taghkom tajbin biss ghall-halib tat-trabi u l-hobz imfittet u mrattab:  x’tafu intom? 

 

 

 

PILATU:  Interrogajtu u ma sibtu hati tal-ebda htija.

 

SACERDOTI:   Qed jghid li hu Sultan.

 

PILATU:  M’ghandkomx ghax thabblu raskom.  Qalli li s-saltna tieghu mhux ta’ din dinja.  Mhux sultan kif qed jahsbu l-qassisin, qalli.  Forsi ghandu saltna fis-shab, mal-ghasafar tal-plajja.  Jekk saltnatu fis-shab, jekk m’hijix ta’ din id-dinja, lili bhala Prokuratur u lil Ruma bl-imperu kollu taghha, ma tinteressaniex.  Il-ligi Rumana ma tghid xejn fuq is-slaten tas-shab. Ma tghid xejn dwar min hu ‘ntossikat b’alla li jghix fis-shab mal-ghasafar u johlom bih.  Jien bniedem tal-politika mhux tal-fantasija.  Huduh lill-prigunier taghkom u ghamlu gustizzja minnu intom, bil-ligijiet taghkom.  Jekk hu insensat, aqfluh f’manikomju jew ikkurawh jew isomtulu halqu biex ma jitkellimx jew ghamlu bih li tridu, imma dar-ragel m’huwiex ikkunsidrat ghadu ta’ Ruma.  Morru oqtluh intom.

 

SACERDOTI:   Ahna rriduh imsallab.  Izd’ahna m’ghandna jedd  insallbu ‘l hadd.  Int trid trid tamar is-sentenza.

 

PILATU:  Jien bghattu ghand Erodi Antipas, ghax jaghmel mill-Galilej, u rega’ baghtu ghandi.  Lanqas Erodi ma qataghhielu ghall-mewt.

 

SACERDOTI:  Dar-ragel qal li hu bin Alla.

 

PILATU:  Alla taghkom, mhux tieghi.  Jien pagan.

 

SACERDOTI:  Imma dar-ragel qed ixewwew lill-pajjiz. Tkellem kontra l-hlas tat-taxxi lil Cesri Awgustu.  U Cesri Awgustu l-imperatur tieghek u taghna.    

 

 

 

IL-KOR:    Imqaddes Salib!  Imqaddsa w nobbli sigra fuq is-sigar l-ohra kollha!  L-ebda sigra ohra ma sebqet qatt il-weraq tieghek u t-tnibbit tal-frieghi jew tifqigh il-frott li taghti. Injam tal-hlewwa u hadid  tal-hena, imdendel fuqek hemm l-isbah toqol. Lignum Vitae!

 

 

 

IL-JOKER:  Mhux li jidhol fil-bniedem minn barra li jtebbghu; imma dak li jorog minn gol-bniedem, dak hu li jtebba’ ‘l-bniedem.  B’diskors bhal dak quddiem il-qassisin u l-kbarat tas-sistema, Yahwe dendel kusu. Iccewwec bil-kbir.  Sar l-intimidatur, il-bnidem tal-isfida.  Mela li tkun pur ifisser xi haga li thoss minn gewwa, mhux il-purita’ tas-sistema.  Mela Yahwe kien qed jehodha kontra s-sistema kollha patrijarkali: kien imiss lill-impuri bil-bzieq tieghu; kien jixrob mal-barranin u jithallat mal-qhab u lin-nisa  jhallihom jithalltu max-xirka; kien jiekol mal-kolletturi tat-taxxa u l-midinbin maghrufin minn kulhadd.  Sawwat bin-nerf lis-sarrafa u l-bejjiegha quddiem it-tempju, ic-centru ekonomiku tal-belt u l-qofol tas-sistema dominanti.  Ried jaqleb kollox ta’ taht fuq.  U kellu l-arroganza li jahfer id-dnubiet.  Midghi, eretiku u sovverisiv.  Anarkiku. Ihallat diskors ekwivoku u politiku mar-religjon, u jqartas kollox fis-simboli u l-poezija.  U l-incitament pervers.  Kannibalu: Kulu gismi w ixorbu demmi.  U mbaghad iwebbel lill-folla li x-xemx ghad tiddallam u l-qamar ma jaghtix dawl u l-kwiekeb jaqghu minn posthom u jitfacca bin il-Bniedem gej fuq is-shab, bil-poter u l-glorja. Genn kriminali dan, qalu l-kbarat tas-sistema. Imut. Jehtieg li jmut.

 

 

 

YAHWE:   (Jidhol gharwien minn fuq wara tal-palk, fuq rasu kuruna f’ghamla ta’ kandelabru, mimli xemghat mixghulin. Jiftah il-pali ta’ jdejh u jtiru zewg hamimiet zghar bojod, feruti. Mill-pali jibda jqattar  id-demm. Jizdied u dejjem jizdied sakemm jinkesa l-palk kollu. Ma jghid xejn.  Jibqa’ sieket ghal kollox. Sieket u bla jitharrek.)

 

SIPARJU BIL-MOD MAR-REQUIEM.

Imma d-demm ikompli hiereg minn tAHt il-purtiera, icarcar mar-ribalta, LEJN IL-PLATEA.