L-ITTRA DWAR ANGELE

 

 

Ghaziza Elizaveta

 

Insellimlek.

 

Ma xtaqtx inkun jien li naghtik l-ahbar kerha, imma nhoss dmir li nghidlek li omm Angele hallietna l-Hamis tal-gimgha li ghaddiet. Angele ma setghetx taghmel aktar milli ghamlet  u sahanistra xtrat, bi spejjez inkredibbli, it-titqib li suggerewlha, kemm minn Milan kif ukoll minn Parigi. Ommha kienet kaz bla tama, invazata kif kienet b’celluli li ggennu u faqqsu fl-organi vitali kollha. It-tobba kienu qed jibzghu li tibda tirremetti l-hmieg u milli sirt naf, il-mara msejkna kienet qed tarmi rwejjah insapportabbli. 

 

Fil-funeral Angele ma kellmet lil hadd, jew kwazi lil hadd.  Lili qaltli xi haga li ma fhimtx wisq u tatni l-impressjoni li qed tfantas poezija dwar il-mewt  ta ommha.  Wara li kahhlu x-xorok u tqieghdu l-fjuri tal-kondoljanzi, Angele qabditli idi u minghajr ma harset lejja qalet: “Il-hitan kollha bojod u l-ahhar farfett miet fgat fic-cilindru ta’ l-ossignu.”

 

Fil-jiem tawara l-funeral ippruvajt nikkuntattja lil Angele id-dar u anki bic-cellulari.

Ma kinetx qed twiegeb u thassibt.

 

Qtajtha li nghaddilha sa l-appartament u l-bierah tkellimna ghal madwar siegha jew ftit aktar.  Bjadet hafna, litteralment bjadet hafna.  Bdiet titkellem dwar il-holm taghha dwar in-non-ezistenza taommha.  Qed tohlom li ommha regghet mietet x’imkien iehor, fi klinika fejn jibdlulek il-metabolizmu u jraqqduk ghal dejjem bi hwawar pungenti, nofshom hlewwa-nofshom qrusa. 

 

Qed tara lil ommha nuda, mimduda minn tula fuq irhama takulur ambigwu, bejn ahdar car u vjola, u b’gisimha musfar mimli singi, bhaz-zokk tasigra qadima u mittiekla.  F’kull kantuniera ta’ l-irhama, Angele tara erbaghasafar, b’ras tazring u b’hurhara li tqabbadha swied-il qalb, tant li tkun trid tqum mill-holma.  Din id-dehra tghid li qed tirrepeti ruhha.

 

Min-naha l-ohra Angele qed tikkonsla bil-qari mistiku.  Qed taqra titli li ma smajt bihom qatt.  Ghandha traduzzjonijiet Lebanizi fuq it-tema tal-mewt (Mejtin Niesi f’dal-Lejl taBruda jew Il-Bikja Certa ta’ l-Oqbra, fost dawk li laqtuli l-attenzjoni); Ix-Xenqa ghall-Qdusija ta’ Ronald Rotheiser  u  Kompendju taSpiritwalitaRussa.

Qaltli wkoll li qed tinfluenzaha  l-kitba taShusaku Endo, l-aktar fejn jirrakonta l-grajja taL-Ahhar Martri,  u anki l-kitba taawtrici Lhudija-Amerikana  li hawn ma nistax niftakar isimha. 

 

Angele tahseb li din il-letteratura spiritwali qed tghinha biextnaddaf il-hgieg tal-lanterna” (taruhha).  Wara l-mewt taommha,  Angele qed tghid li trid tghix biss f’dak li qed tfittex u li trid tirrevedi lilha nfisha fis-solitudni.

 

M’ghandix dubju li Angele se tghaddi minn esperjenza tamisteru u profondita’, li tikkuntrasta bis-shih man-narrativa mqallba taghha, bl-illuzjonijiet kollha li ghexet u t-telfiet kollha li garrbet b’dizinvolutra li dejjem ghagbbet lilna lkoll.

Il-versi li ghad tikteb Angele minn issa ‘l quddiem jistghu jkunu l-eqqel xhieda.

 

Ghalissa, ghallinqas fil-percezzjoni tieghi, Angele qed tikkonsma lilha nfisha, bhal gebla mielha f’xatt bahar stramb u hiemed.  Izda jistajkun li ghandi zball.  Forsi 

bdiet il-process tal-metamorfosi taghha: jistajkun li se tinbidel f’hagra prezzjuza.

 

Bl-isbah xewqat bhal dejjem,

habibek,

 

Oskar

Click here for a printer friendly version.