L-ODISSEA
Ragel ta’ l-ghar jien
imredda’ mill-hanzira neolit’ka.
Jien namrat arkadjan
mit-testi ta’ Virgilju w Teokritu
fatat mill-qrati ta’ Cicerun
midluk biz-zjut u bl-ghasel.
imsakkar bi vrus immortali.
Kursar antik jien
b’gheruqi mifruxin fil-bahar tan-nofs
insalpa fuq il-mirkeb tal-possibilta’
nisraq daqqa borza kwiekeb
daqqa barmil gawhar ta’ l-Anatolja
jew
l-ungwentarji tal-magija.
Ghajn wahda Fenicja
l-ohra Latina
u lehni gej mill-katakombi
fejn thazzet l-iskrittura ta’ fidi
llum imtappna ghal kollox.
Nifs mahrub jien
mill-kalzri fewdali tad-domma
nigri gharwien u ‘nkantat.
Gwerrier jien kontra l-kalifat Ottoman
jew
avventurier barokk
u bahri bl-insinji tal-Britannja
nispara kontra l-Luftwaffe.
U jien repubblikan
mal-kosta tal-Mediterran
fejn siktu l-persunaggi kollha
fil-midfen tal-busti
nfittex lill-bniedem li jien.